Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Inti u l-BĊE

Nisimgħuk u naħdmu għalik

Il-konnessjoni miegħek hija importanti għalina, u huwa għalhekk li nżommu djalogu miftuħ bejn iċ-ċittadini taż-żona tal-euro u dawk li jfasslu l-politika tagħna. Irridu nisimgħu mingħandek, u nitgħallmu dwar il-kwistjonijiet li huma l-aktar importanti għalik. Permezz ta’ sessjonijiet ta’ mistoqsijiet u tweġibiet, intervisti fuq it-televiżjoni u aktar, għandek l-opportunità li taqsam kummenti u tqajjem mistoqsijiet direttament mal-President tagħna.

Il-BĊE u Inti tressaqna eqreb lejk, in-nies li naqdu.

Il-President Lagarde fi Spanja

Il-President tal-BĊE Christine Lagarde ngħaqdet mal-ġurnalista Susanna Griso fuq l-ispettaklu televiżiv Spanjol Espejo Público. Hija wieġbet mistoqsijiet mill-pubbliku dwar l-ekonomija, l-inflazzjoni, it-tmexxija u aktar. 

Ara t-taħdita fuq Espejo Público

Programmi passati

Il-President Lagarde fil-Finlandja

Il-President Christine Lagarde ingħaqdet mal-ġurnalista Anna Karismo fil-programm televiżiv Finlandiż A-Studio u wieġbet mistoqsijiet mill-istudenti.

Ara t-taħdita fuq A-Studio

Il-President Lagarde fin-Netherlands

Il-President Christine Lagarde ngħaqdet mal-ġurnalista Twan Huys fuq il-programm televiżiv Olandiż College Tour, u wieġbet mistoqsijiet minn studenti fuq pariri dwar il-karriera, il-ħajja personali tagħha, il-kriptoassi u aktar. 

Ara t-taħdita fuq College Tour

ARA WKOLL

KURJUŻ/A GĦAL AKTAR?

Inizjattivi għaż-żgħażagħ

Iż-żgħażagħ għandhom rwol ċentrali fit-tfassil tal-Ewropa ta' għada. Aħna norganizzaw firxa ta’ inizjattivi madwar il-kontinent biex ngħinuk titgħallem aktar dwar l-ekonomija u x-xogħol tal-BĊE, u għalik biex taqsam il-fehmiet u l-ideat tiegħek magħna.

Ara aktar dwar l-inizjattivi għaż-żgħażagħ

Spjegazzjonijiet

L-ispjegazzjonijiet tagħna jagħmlu s-suġġetti kumplessi tal-banek ċentrali aktar ċari. It-testi, il-filmati u l-infografika sempliċi jistgħu jgħinuk titgħallem aktar dwar il-politika monetarja, il-kriptoassi, il-gwida għall-ġejjieni, il-perijodu kwiet tagħna u ħafna suġġetti oħra.

Skopri l-ispjegazzjonijiet tagħna

Il-paġni kollha f’din it-taqsima