Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2011 u Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-7 ta’ Jannar 2011

11 ta' Jannar 2011

Rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema, tal-1 ta’ Jannar 2011

Wara l-adozzjoni tal-euro mill-Estonja, Eesti Pank, il-bank ċentrali tal-Estonja, issieħeb mal-Eurosistema fl-1 ta’ Jannar 2011. Għalhekk, il-BĊE qed jippubblika rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu, tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2011, li jinkludi ċ-ċifri tal-karta tal-bilanċ tal-Eesti Pank. Partiti li qabel kienu denominati fil-kroon Estonjan tneħħew mill-partiti “denominati f’munita barranija” u tqiegħdu mal-partiti “denominati f’euro”. It-transazzjonijiet u l-bilanċi tal-kontijiet tar-residenti tal-Estonja tneħħew mill-partiti “barra ż-żona tal-euro” tal-karta tal-bilanċ u tqiegħdu mal-partiti taż-“żona tal-euro”. Barra dan, il-partita ‘kapital u riżervi’ (il-partita nru. 12 tal-passiv) żdiedet meta mqabbla ma’ dik tar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ kull ġimgħa tal-31 ta’ Diċembru 2010 minħabba li l-Eesti Pank issieħeb mal-Eurosistema.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,411
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 224,128
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 71,392
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
152,735
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,947
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 23,023
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 23,023
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 546,747
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 227,865
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 298,217
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 20,623
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 25
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 17
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,885
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 458,606
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,829
  7.2 Titoli oħra 323,778
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954
9 Assi oħra 278,768
Assi Totali 2,006,469
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 840,237
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 378,918
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 213,650
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 104,458
  2.3 Depożiti fissi 60,784
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 27
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,023
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,798
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 71,684
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,114
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 47,588
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,995
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,346
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,346
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552
10 Passiv ieħor 175,993
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,546
12 Kapitali u riżervi 78,473
Total tal-passiv 2,006,469

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema, tas-7 ta’ Jannar 2011 (imqabbel mar-rapport finanzjarju konsolidat tal-bidu tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2011)

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Jannar 2011, iż-żieda ta’ EUR 21 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-iżjed ix-xiri ta’ deheb li għamel l-Eesti Pank biex ikopri l-kontribut tiegħu għall-assi tar-riżervi barranin tal-BĊE skond l-Artikolu 48.1 tal-Istatut tas-SEBĊ.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 180.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Jannar 2011 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 75 miljun USD 70 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 323.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 834.8 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.9 biljun għal EUR 81.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 43.2 biljun għal EUR 338.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Jannar 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  227.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 195.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 5 ta’ Jannar 2011 ukoll, immaturat operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 20.6 biljun, b’maturità ta’ 13-il jum. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60.8 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 73.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fl-1 ta’ Jannar 2011), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 81 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 104.5 biljun fl-1 ta’ Jannar 2011).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 134.9 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett ta’ ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, u titoli li mmaturaw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fis-7 ta’ Jannar 2011 il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.1 biljun u EUR 60.8 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 36.8 biljun għal EUR 176.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 367,432 21
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 225,011 883
  2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 71,395 3
  2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
153,616 881
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 26,770 −177
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,343 −3,681
  4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,343 −3,681
  4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 493,963 −52,785
  5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 195,691 −32,174
  5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 298,217 0
  5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −20,623
  5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
  5.5 Faċilità ta’ self marġinali 45 20
  5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 9 −8
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,845 960
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 458,435 −171
  7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,927 98
  7.2 Titoli oħra 323,508 −270
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,954 0
9 Assi oħra 293,142 14,374
Assi Totali 1,965,895 −40,574
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 834,831 −5,406
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 332,504 −46,414
  2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 176,862 −36,787
  2.2 Faċilità ta’ depożitu 80,965 −23,493
  2.3 Depożiti fissi 73,500 12,717
  2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
  2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,176 1,149
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,295 −728
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 89,316 9,518
  5.1 L-amministrazzjoni pubblika 81,562 9,878
  5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,753 −360
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,589 −3,999
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,152 157
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,740 395
  8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,740 395
  8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 54,552 0
10 Passiv ieħor 181,898 5,905
11 Kont tar-rivalutazzjoni 331,545 0
12 Kapitali u riżervi 78,473 0
Total tal-passiv 1,965,895 −40,574

Kuntatti midja