Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Ottubru 2010

6 ta' Ottubru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Ottubru 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 17.5 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 14.5 biljun għal EUR 176.8 biljun. Il-bidla kienet dovuta għall-effetti tal-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li saru minn banek ċentrali tal-Eurosistema u għall-operazzjonijiet għal provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
30 ta’ Settembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 307 biljun, l-iżjed minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 814.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 98.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 43.7 biljun għal EUR 403.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 29 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  153.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 166.4 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 30 ta’ Settembru 2010, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 225.1 biljun, b’maturitajiet ta’ tlieta, sitta u tnax-il xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 104 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 29.4 biljun, b’maturità ta’ sitt ijiem.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 49.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 84.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1,535 miljun għal EUR 124.3 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 1,384 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u minħabba aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru ta’ EUR 151 miljun. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Ottubru 2010 il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 63.3 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Tal-portafolji miżmuma skond il-Programma tas-Swieq tat-titoli u l-programm tax-xiri ta’ bonds garantiti, jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 30.8 biljun għal EUR 190.3 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Ottubru 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti tal-aħħar tat-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 960.580 għal kull uqija fina

USD: 1.3648 għal kull EUR

JPY: 113.68 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.1399 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 334,411 0 −17,538
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,630 362 −16,997
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 70,084 188 −3,964
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,546 175 −13,032
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 24,921 −542 −2,236
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,649 311 17
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,649 311 17
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 514,117 −78,386 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 166,361 12,590 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 316,744 −120,721 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 29,443 29,443 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,559 359 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 9 −57 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,252 −1,328 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 431,319 1,858 177
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 124,308 1,384 151
7.2 Titoli oħra 307,011 474 26
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,975 0 −66
9 Assi oħra 262,611 8,094 802
Assi Totali 1,865,885 −69,630 −35,841
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 814,844 2,827 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 301,299 −65,400 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 190,274 −30,751 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 49,471 −34,648 0
2.3 Depożiti fissi 61,500 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 54 −1 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,345 −116 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 104,923 −6,541 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 98,073 −6,521 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,849 −19 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,908 1,546 −42
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,067 −969 −104
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 13,065 707 −1,475
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,065 707 −1,475
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0 −3,046
10 Passiv ieħor 158,838 −1,684 904
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0 −32,078
12 Kapitali u riżervi 78,191 0 0
Total tal-passiv 1,865,885 −69,630 −35,841

Kuntatti midja