Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-14 ta’ Mejju 2010

18 ta' Mejju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-14 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 10.4 biljun għal EUR 180.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt). Barra dan, il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema kienet affettwata mill-applikazzjoni tal-Pjan għat-Transazzjonijiet Finanzjarji (FTP) tal-FMI, li jqassam l-arranġamenti tal-finanzjament tal-FMI fost il-membri inklużi fl-FTP. L-FTP ġie applikat biex jiffinanzja arranġament ta’ riżerva għal li jista’ jinqala li ġie deċiż mill-FMI favur wieħed mill-Istati Membri Ewropej fid-9 ta’ Mejju 2010. Waqt li l-pajjiżi membri tal-FMI huma inklużi fl-FTP, il-banek ċentrali tagħhom jaġixxu bħala l-aġenti fiskali tagħhom.

Transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Wara li fi stqarrija għall-istampa tal-10 ta’ Mejju 2010 il-BĊE ħabbar ir-riattivazzjoni tal-operazzjonijiet tiegħu għall-provvediment tal-likwidità f’dollari Amerikani, fit-12 ta’ Mejju 2010 ġiet regolata operazzjoni ta’ tmint ijiem ta’ USD 9.2 biljuni. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.1 biljun għal EUR 308.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 805 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 10.6 biljun għal EUR 109.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 103.1 biljun għal EUR 581.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 12 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 90.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 99.6 biljun. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjamant fuq żmien itwal ta’ EUR 15.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 20.5 biljun. Nhar il-Ħamis 13 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjamant fuq żmien itwal ta’ EUR 0.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 35.7 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 225.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 282 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kif tħabbar ukoll fl-10 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill Governattiv tal-BĊE ddeċieda li jmexxi interventi fis-swieq tat-titoli tad-dejn pubbliku u privat taż-żona tal-euro (fil-kuntest tal-Programm tiegħu tas-Swieq tat-Titoli) biex jiżgura profondità u likwidità f’dawk l-oqsma tas-suq li mhux qed jiffunzjonaw sew. Dak ix-xiri hu rreġistrat fil-partita tal-attiv nru. 7.1, titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja. L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 17-il biljun għal EUR 68.7 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 16.3 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.8 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 129.6 biljun għal EUR 301.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,697 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 214,961 5,357
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,660 3,175
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,301 2,181
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 35,173 6,413
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,446 −380
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,446 −380
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 806,663 46,686
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 99,570 9,253
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 706,880 39,636
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 167 −2,215
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 45 12
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 36,688 2,741
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 377,311 17,127
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 68,692 17,044
7.2 Titoli oħra 308,619 83
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 253,427 1,758
Assi Totali 2,062,943 79,701
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 805,040 2,455
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 527,411 73,235
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 301,800 129,638
2.2 Faċilità ta’ depożitu 225,606 −56,407
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 5 3
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 572 −53
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 117,238 9,381
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 109,164 10,580
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,074 −1,199
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,563 −11,096
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 3,447 661
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,384 722
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,384 722
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 171,392 4,395
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 76,657 0
Total tal-passiv 2,062,943 79,701

Kuntatti midja