STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Il-BĊE jadotta skema tal-kapital ġdida

3 ta’ Diċembru 2018

  • Aġġustament ta’ kull ħames snin ibbażat fuq il-popolazzjoni u dejta tal-PDG mill-Kummissjoni Ewropea
  • 16-il bank ċentrali nazzjonali għandu jkollhom sehem ogħla, u 12 minnhom sehem anqas
  • L-ebda bidla fis-sistema ta’ drittijiet tal-vot rotanti

Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) adotta atti legali dwar l-aġġustament regolari kull ħames snin tal-iskema kapitali tiegħu u l-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN) tal-Unjoni Ewropea. L-iskema l-ġdida għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2019.

L-ishma tal-BĊNi fil-kapital tal-BĊE huma peżati skont is-sehem tal-Istati Membri rispettivi fil-popolazzjoni totali u l-prodott domestiku gross tal-Unjoni Ewropea (UE), f'miżura ugwali.*

L-ippeżar huwa bbażat fuq dejta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea. Il-banek ċentrali nazzjonali jittrasferixxu ishma tal-kapital bejniethom safejn ikun meħtieġ biex jiġi żgurat li d-distribuzzjoni tal-ishma tikkorrispondi mal-iskema aġġustata.

Wara l-aħħar reviżjoni, 16-il bank ċentrali se jkollhom sehem akbar fil-kapital tal-BĊE milli qabel u 12-il bank ċentrali se jkollhom sehem iżgħar. Id-distribuzzjoni ġdida tal-ishma tal-BĊN hija stabbilita fit-tabella ta’ hawn taħt. L-ammont totali tal-kapital sottoskritt tal-BĊE jibqa’ kif kien, EUR 10,825,007,069.61. Id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Bank Ċentrali Ewropew jinsabu fil-websajt tal-BĊE u iżjed ’il quddiem se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ġenerali tal-BĊE kkontribwixxa għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet, f'konformità mal-Istatut tas-SEBĊ.

Is-sistema li taħtha l-Gvernaturi tal-BĊN jalternaw fiż-żamma tad-drittijiet tal-vot fuq il-Kunsill Governattiv tipprovdi li l-Gvernaturi tal-BĊN taż-żona tal-euro huma allokati fi żewġ gruppi skont id-daqs tas-settur finanzjarju u l-prodott domestiku gross tal-Istati Membri tagħhom, kif imsemmi hawn fuq. Din id-dejta għandha tiġi kkalkulata mill-ġdid kull meta jsir l-aġġustament tal-iskema tal-kapital ta’ kull ħames snin. Fuq il-bażi tal-kalkoli l-ġodda, l-allokazzjoni ta’ Gvernaturi fi gruppi mill-1 ta' Jannar 2019 tibqa’ l-istess.

Tqassim tal-kapital tal-BĊE mill-1 ta’ Jannar 2019

Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) sal-31 ta’ Diċembru 2018

Skema għas-sottoskrizzjoni tal-kapital tal-BĊE (%) sal-1 ta’ Jannar 2019

Sehem sottoskritt tal-kapital (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2019

Kapital imħallas (EUR) mill-1 ta’ Jannar 2019

Nationale Bank van België/Banque Nationale de Belgique

2.4778

2.5280

273,656,178.72

273,656,178.72

Deutsche Bundesbank

17.9973

18.3670

1,988,229,048.48

1,988,229,048.48

Eesti Pank

0.1928

0.1968

21,303,613.91

21,303,613.91

Banc Ceannais na hÉireann/Central Bank of Ireland

1.1607

1.1754

127,237,133.10

127,237,133.10

Bank of Greece

2.0332

1.7292

187,186,022.25

187,186,022.25

Banco de España

8.8409

8.3391

902,708,164.54

902,708,164.54

Banque de France

14.1792

14.2061

1,537,811,329.32

1,537,811,329.32

Banca d’Italia

12.3108

11.8023

1,277,599,809.38

1,277,599,809.38

Central Bank of Cyprus

0.1513

0.1503

16,269,985.63

16,269,985.63

Latvijas Banka

0.2821

0.2731

29,563,094.31

29,563,094.31

Lietuvos bankas

0.4132

0.4059

43,938,703.70

43,938,703.70

Banque centrale du Luxembourg

0.2030

0.2270

24,572,766.05

24,572,766.05

Bank Ċentrali ta’ Malta

0.0648

0.0732

7,923,905.17

7,923,905.17

De Nederlandsche Bank

4.0035

4.0677

440,328,812.57

440,328,812.57

Oesterreichische Nationalbank

1.9631

2.0325

220,018,268.69

220,018,268.69

Banco de Portugal

1.7434

1.6367

177,172,890.71

177,172,890.71

Banka Slovenije

0.3455

0.3361

36,382,848.76

36,382,848.76

Národná banka Slovenska

0.7725

0.8004

86,643,356.59

86,643,356.59

Suomen Pankki - Finlands Bank

1.2564

1.2708

137,564,189.84

137,564,189.84

Subtotal għall-grupp ta’ banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro

70.3915

69.6176

7,536,110,121.69

7,536,110,121.69

Българска народна банка (Bank Nazzjonali Bulgaru)

0.8590

0.8511

92,131,635.17

3,454,936.32

Česká národní banka

1.6075

1.6172

175,062,014.33

6,564,825.54

Danmarks Nationalbank

1.4873

1.4986

162,223,555.95

6,083,383.35

Hrvatska narodna banka

0.6023

0.5673

61,410,265.11

2,302,884.94

Magyar Nemzeti Bank

1.3798

1.3348

144,492,194.37

5,418,457.29

Narodowy Bank Polski

5.1230

5.2068

563,636,468.10

21,136,367.55

Banca Naţională a României

2.6024

2.4470

264,887,922.99

9,933,297.11

Sveriges riksbank

2.2729

2.5222

273,028,328.31

10,238,562.31

Bank of England

13.6743

14.3374

1,552,024,563.60

58,200,921.14

Subtotal għall-grupp tal-banek ċentrali nazzjonali li mhumiex fiż-żona tal-euro

29.6085

30.3824

3,288,896,947.92

123,333,635.55

Total

100.0000

100.0000

10,825,007,069.61

7,659,443,757.27

Iċ-ċifri jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Peter Ehrlich, tel.: +49 69 1344 8320.

Noti:

*L-Artikolu 29.1 tal-Protokol tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew jistabbilixxi kif tiġi ppeżata l-iskema kapitali.

Anness:

Paragun tal-iskema kapitali, l-iskema tal-Eurosistema u l-iskema ta’ allokazzjoni tal-karta tal-flus

Kuntatti midja