Stabbiltà finanzjarja u politika makroprudenzjali

Il-BĊE josserva bir-reqqa l-iżviluppi fis-setturi bankarji taż-żona tal-euro u tal-UE kollha, kif ukoll f’setturi finanzjarji oħra, biex jidentifika xi dgħufijiet u jivverifika s-saħħa tas-sistema finanzjarja.
Huwa jwettaq dawn il-kompiti flimkien mal-banek ċentrali l-oħra tal-Eurosistema u s-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali.
Malli jfiġġu riskji sistemiċi potenzjali fis-sistema finanzjarja, dawn jiġu ttrattati permezz tal-politika makroprudenzjali. Il-politika makroprudenzjali tfittex qabelxejn li żżomm l-istabbiltà finanzjarja.
Definizzjoni ta’ stabbiltà finanzjarja
L-istabbiltà finanzjarja tista' tiġi definita bħala kundizzjoni li fiha s-sistema finanzjarja – li tinkludi intermedjarji finanzjarji, swieq u infrastrutturi tas-suq - hija kapaċi tiflaħ ix-xokkijiet u t-tneħħija ta' żbilanċi finanzjarji.
Dan itaffi l-prospett ta' interruzzjonijiet fil-proċess ta' intermedjazzjoni finanzjarja li huma severi biżżejjed biex ikollhom impatt negattiv fuq l-attività ekonomika reali.
L-għanijiet tal-politika makroprudenzjali huma li:
- tevita l-akkumulazzjoni eċċessiva tar-riskju, li hija konsegwenza ta’ fatturi esterni u nuqqasijiet fis-swieq, biex iċ-ċiklu finanzjarju jimxi bla xkiel (dimensjoni taż-żmien)
- issaħħaħ is-settur finanzjarju u tillimita l-effetti ta’ kontaġju (dimensjoni trasversali)
- tħeġġeġ perspettiva fir-regolamentazzjoni finanzjarja li tkopri s-sistema kollha u toħloq sett xieraq ta’ inċentivi għall-parteċipanti fis-swieq (dimensjoni strutturali)
Gruppi ta' kuntatt
Djalogu mill-Industrija Bankarja
Grupp ta' kuntatt għall-Istabbiltà Finanzjarja
Pubblikazzjonijiet ewlenin
- Analiżi tal-Istabbiltà Finanzjarja
- Rapport fuq l-istrutturi finanzjarji
- Integrazzjoni finanzjarja fl-Ewropa
- Bulettin makroprudenzjali
- Riżultati fuq l-istħarriġ dwar termini u kundizzjonijiet ta' kreditu fi swieq ta' finanzjament f'titoli ddenominati f'euro u derivattivi OTC (SESFOD)
- Il-pubblikazzjonijiet kollha fuq dan is-suġġett
- L-istqarrijiet kollha għall-istampa fuq dan is-suġġett
