Politika Monetarja
“L-għan primarju tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali [...] għandu jkun li żżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet.” (Artikolu 127 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)
Din hi d-dispożizzjoni ewlenija tal-kapitolu dwar il-politika monetarja fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Billi l-politika monetarja tal-BĊE tiffoka fuq dan il-għan, it-Trattat jinkorpora l-ħsieb ekonomiku modern dwar is-sehem, l-ambitu u l-limiti tal-politika monetarja u jistabbilixxi l-bażi, f’termini istituzzjonali u organizzattivi, tal-attività tal-banek ċentrali fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja.
Il-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu l-għan li jżomm l-inflazzjoni taħt, iżda qrib, 2% għal żmien medju. Biex jilħaq l-għan ewlieni tiegħu, il-Kunsill Governattiv jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu fuq strateġija għall-politika monetarja mibnija fuq żewġ pilastri u jimplimentahom permezz tal-qafas operattiv tiegħu.
