Bord Eżekuttiv
Il-Bord Eżekuttiv hu magħmul
- mill-President
- mill-Viċi President u
- erba’ membri oħra
Il-membri kollha jinħatru mill-Kunsill Ewropew b'maġġoranza kwalifikata.
Membri tal-Bord Eżekuttiv
(Frar 2020)
Responsabbiltajiet
- iħejji l-laqgħat tal-Kunsill Governattiv;
- jimplimenta l-politika monetarja taż-żona tal-euro skont il-linji gwida speċifikati u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv. B'dan ikun qiegħed jagħti l-istruzzjonijiet meħtieġa lill-banek ċentrali nazzjonali taż-żona tal-euro;
- jamministra x-xogħol ta’ kuljum tal-BĊE bl-għajnuna tal-Kap Uffiċjal għas-Servizzi, Michael Diemer
- jeżerċita ċerti setgħat li jiddelegalu l-Kunsill Governattiv. Dawn jinkludu setgħat ta’ natura regolatorja.
Membri
Termini tal-kariga
Il-membri kollha tal-Bord Eżekuttiv jinħatru għal perjodu ta' tmien snin li ma jistax jiġġedded. Bħala eċċezzjoni, il-membri maħtura għall-ewwel Bord fl-1998 ingħataw termini ta' tul differenti u għalhekk mhux meħtieġ li l-membri kollha jiġu sostitwiti fl-istess sena.
Sekwenza kronoloġika: Ex-membri u membri attwali tal-Bord Eżekuttiv






