Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-30 ta’ Lulju 2010

3 ta' Awissu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ Lulju 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu. Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 191.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 296.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.1 biljun għal EUR 820.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 6.1 biljun għal EUR 110.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 52.8 biljun għal EUR 451 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  201.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 190 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60 biljun, u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 4.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 23.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.4 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 120.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 61.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 81 miljun għal EUR 121.5 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 49.5 biljun għal EUR 195.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,969 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 236,347 779
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,103 137
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,245 642
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,473 −367
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,945 −121
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,945 −121
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 632,499 7,300
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 189,986 −11,300
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 442,042 18,320
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 366 363
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 104 −83
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,934 −1,448
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 417,768 −747
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 121,454 81
7.2 Titoli oħra 296,315 −829
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,041 0
9 Assi oħra 237,684 2,652
Assi Totali 2,001,660 8,048
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 820,583 3,058
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 377,258 10,662
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 195,798 −49,457
2.2 Faċilità ta’ depożitu 120,894 59,569
2.3 Depożiti fissi 60,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 66 49
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,784 391
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 118,125 −6,698
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 110,800 −6,117
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,326 −582
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,232 51
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,342 436
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,096 −537
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,096 −537
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 160,520 685
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,190 0
Total tal-passiv 2,001,660 8,048

Kuntatti midja