Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Jannar 2010

6 ta' Jannar 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Jannar 2010, iż-żieda ta’ EUR 28.8 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet l-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 3.3 biljun għal EUR 162.7 biljun. Dan kien dovut għall-aġġustamenti trimestrali tar-rivalutazzjoni, kif ukoll għat-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li twettqu mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.9 biljun, l-iżjed minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 806.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.2 biljun għal EUR 120.5 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 23.3 biljun għal EUR 587.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Diċembru 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  58.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 78.6 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.3 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 162.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 164.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 28.8 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Jannar 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 28.9 biljun għal EUR 233.5 biljun.

Rivalutazzjoni tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Jannar 2010 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza meta mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 766.347 għal kull uqija fina

USD: 1.4406 għal kull EUR

JPY: 133.16 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0886 għal kull DSĠ

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 0 28,771
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 195,480 1,641 1,930
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,799 1,056 389
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
132,680 585 1,541
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 32,151 −261 704
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,198 −514 16
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,198 −514 16
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 749,906 21,322 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 79,293 20,072 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 669,297 1 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,289 1,249 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 27 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,281 516 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 328,652 109 −1,003
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 28,782 307 −29
7.2 Titoli oħra 299,870 −198 −974
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,161 −2 −25
9 Assi oħra 254,188 1,023 −1,755
Assi Totali 1,904,935 23,835 28,637
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 806,522 −669 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 395,614 26,930 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 233,490 28,897 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 162,117 −1,971 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 5 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 340 11 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 129,749 −4,011 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 120,495 −5,198 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 9,253 1,187 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,759 300 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,032 269 60
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,616 −95 143
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,616 −95 143
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0 343
10 Passiv ieħor 167,840 1,066 127
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,212 0 27,958
12 Kapitali u riżervi 73,001 32 5
Total tal-passiv 1,904,935 23,835 28,637

Kuntatti midja