Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ l-4 ta’ Lulju 2008

9 ta' Lulju 2008

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-4 ta’ Lulju 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 333 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta prinċipalment l-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni, kif ukoll il-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis- seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.9 biljun għal EUR 166 biljun. Il-bidla kienet ikkawżata prinċipalment mill-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali ta’ l-assi u l-obbligazzjonijiet, bit-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll magħmula mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema fil-perijodu hawn ikkunsidrat li rriżultaw fi tnaqqis ta’ EUR 0.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 3 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ta’ USD 25 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani u ġiet regolata waħda ġdida ta’ USD 25 biljun, b’maturità ta’ 28 jum. Dawn l-operazzjonijiet tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam ma’ l-arranġament dwar il-munita, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System.

L-investimenti ta’ l-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) naqsu b’EUR 2.1 biljun għal-EUR 112.6 biljun, bi tnaqqis ta’ EUR 1.8 biljun minħabba r-rivalutazzjonijiet. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.5 biljun għal EUR 683.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14.5 biljun għal EUR 59.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 53.1 biljun għal EUR 429.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 2 ta’ Lulju 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 208 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 154.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il -partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien prattikament xejn (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 47.5 biljun għal EUR 179.1 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ l-attiv u l-passiv ta’ l-Eurosistema li ssir fl-aħħar ta’ kull trimestru

Skond ir-regoli armonizzati tal-kontabilità ta’ l-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji ta' l-Eurosistema jiġu rivalutati skond ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fl-aħħar ta’ kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fit-30 ta’ Ġunju 2008 jidher fil-kolonna addizzjonali "Differenza meta mqabbel mal-ġimgħa li għaddiet minħabba aġġustamenti ta’ l-aħħar tat-trimestru". Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 591.696 għal kull uqija fina

USD: 1.5764 għal kull EUR

JPY: 166.44 għal kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ ġbid: EUR 1.0354 għal kull DSĠ

Rimarka Addizzjonali

Kif ġie nnotat fl-istqarrija għall-istampa bid-data tat-22 ta’ April 2008, minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema ma setgħax jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu għar-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema bejn id-29 ta’ Frar u l-11 ta’ April 2008. Minħabba n-nuqqas ta’ dejta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema rilevanti, għal xi żmien id-dejta fir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ppubblikat matul dak il-perijodu, u fil-Maħżen tad-Dejta Statistika tal-Bank Ċentrali Ewropew ma kienitx kompluta. Il-Maħżen tad-Dejta Statistika issa jinkludi dejta kompluta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema in kwistjoni. Għal referenza, il-Maħżen tad-Dejta Statistika jista’ jiġi kkonsultat permezz ta’ din il-link http://sdw.ecb.europa.eu/.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 209,020 −61 −272
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 137,606 3,942 −1,606
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 9,297 −1 −48
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
128,309 3,943 −1,558
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 55,267 −799 −217
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,130 469 −25
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,130 469 −25
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 429,499 −53,507 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 154,500 −53,501 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 274,995 −9 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 4 4 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 −1 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,886 −837 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 112,619 −318 −1,771
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,461 −515 −26
9 Assi oħra 377,404 −941 −1,334
Assi Totali 1,404,892 −52,567 −5,251
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 683,943 6,502 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 179,335 −47,873 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 179,055 −47,473 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 271 −403 0
2.3 Depożiti fissi 0 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 9 3 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 270 64 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 66,893 −14,511 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 59,881 −14,519 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,012 8 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 77,669 199 0
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,765 −1,222 −11
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 20,017 4,449 −7
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 20,017 4,449 −7
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,120 0 −28
10 Passiv ieħor 145,848 −171 −1,338
11 Kont tar-rivalutazzjoni 152,364 0 −3,867
12 Kapitali u riżervi 71,668 −4 0
Total tal-passiv 1,404,892 −52,567 −5,251

Kuntatti midja