Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont
  • STQARRIJA GĦALL-ISTAMPA

Miri tal-BĊE dwar il-ġeneru: valutazzjoni provviżorja

31 ta' Marzu 2023

  • Is-sehem tan-nisa fil-livelli ta’ fuq nett (maniġment anzjan u medju) u ta’ dħul (analista) f’konformità mal-miri provviżorji
  • Inizjattivi biex jattiraw it-talent femminili jinkludu xogħol flessibbli, boroż ta’ studju, mentoraġġ u programmi ta’ żvilupp għan-nisa
  • L-istrateġija dwar il-ġeneru hija parti mill-isforzi usa’ tal-BĊE għad-diversità u l-inklużjoni

Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) laħaq il-miri provviżorji tiegħu dwar il-ġeneru għall-maniġers, li huwa partikolarment importanti għall-ħolqien ta’ mudelli ta’ eżempju u mentoraġġ. Huwa naqqas id-distakk fil-livelli tal-esperti (il-faxxa tas-salarji F/G) u tat-tim tat-tmexxija (H) u qed jagħmel aktar sforzi biex iżid ir-reklutaġġ u l-promozzjoni għal dawn iż-żewġ kategoriji. Fil-livell ta’ analista (E/F), is-sehem tan-nisa kompla jikber skont l-għanijiet tal-BĊE, li jgħin biex tiġi estiża l-grupp ta’ nisa eliġibbli għal passi ulterjuri fil-karriera.

Ċart 1

Sehem tan-nisa versus il-mira sa tmiem l-2022

Sors: BĊE.

Il-miri tal-ġeneru huma parti mill-politika usa’ tal-BĊE tad-diversità u l-inklużjoni (D&I) biex tippromwovi aspetti oħra tad-diversità bħar-razza/etniċità, l-orjentazzjoni sesswali, l-età, in-nazzjonalità u d-diżabilità, bl-appoġġ ta’ sitt netwerks D&I.

“Organizzazzjoni diversa u inklużiva tirrifletti d-dinja ta’ madwarna,” qalet il-President tal-BĊE Christine Lagarde. “Dan juri l-kuraġġ intellettwali sabiex jitħaddnu l-valuri ta’ perspettivi, sfondi u identitajiet differenti li se jarrikkixxu d-dibattitu u jwassluna għal deċiżjonijiet aktar robusti fl-oqsma kollha,” żiedet tgħid.

Fil-BĊE, ġenitur wieħed huwa eliġibbli għal 20 ġimgħa ta’ leave mħallas ta’ maternità/għall-adozzjoni. Fl-2022 il-BĊE żied il-leave speċjali mħallas għall-ġenitur l-ieħor għal 20 jum minn 10 ijiem sabiex jippromwuovi bilanċ akbar fir-responsabbiltajiet tal-familja. Ippubblika ċifri ta’ nazzjonalità għall-persunal u l-maniġment tiegħu biex iżżid it-trasparenza dwar aspett ewlieni ta’ diversità. Il-BĊE beda u ffirma b’mod konġunt il-Karta dwar l-ugwaljanza, id-diversità u l-inklużjoni tas-SEBĊ u l-MSU flimkien ma’ 26 bank ċentrali nazzjonali u superviżuri fl-Unjoni Ewropea.

Il-valutazzjoni li jmiss se tkun ibbażata fuq data għall-2024.

Għal mistoqsijiet min-naħa tal-midja, il-persuna ta’ kuntatt hi Eszter Miltényi-Torstensson, tel.: +49 171 7695305

Noti

  • Fl-2023 l-EDGE ċċertifikat mill-ġdid lill-BĊE, filwaqt li rrikonoxxiet il-progress ulterjuri tal-BĊE lejn l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-isforzi tiegħu biex jippromwovi kwistjonijiet intersezzjonali relatati mal-ekwità bejn is-sessi u aspetti oħra tad-diversità.
  • Aktar tagħrif dwar il-miri tal-ġeneru tal-BĊE jinsab fis-sit web tal-BĊE.
  • Aktar tagħrif dwar l-istruttura tas-salarji tal-BĊE jinsab fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg.
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja