Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (flimkien mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Awwissu–Settembru 2018

Operazzjonijiet tas-suq

Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041

Fl-10 ta' Awwissu 2018, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jneħħi r-rinunzja għar-rekwiżiti minimi tal-kwalità tal-kreditu, li bbenefikaw minn strumenti ta' dejn negozjabbli maħruġa jew garantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika. Din id-deċiżjoni kienet skont ir-regoli rilevanti tal-Eurosistema,wara li ttieħed inkunsiderazzjoni li wara l-konklużjoni tal-programm ta' assistenza finanzjarja tal-Mekkaniżmu ta' Stabbiltà Ewropew għall-Greċja fl-20 ta' Awwissu 2018, ir-Repubblika Ellenika ma setgħetx tibqa' titqies bħala Stat Membru taż-żona euro taħt programm tal-Unjoni Ewropea/tal-Fond Monetarju Internazzjonali. L-att legali implimentattiv relatat – adottat fl-10 ta' Awwissu 2018 – huwa d-Deċiżjoni (UE) 2018/1148 dwar l-eliġibbiltà ta' strumenti tad-dejn negozjabbli maħruġa jew iggarantiti bis-sħiħ mir-Repubblika Ellenika u li tħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/1041 (BĊE/2018/21) u jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Sistemi ta’ ħlas u infrastruttura tas-swieq

Qafas legali TARGET instant payment settlement (TIPS)

Fit-3 ta' Awwissu 2018, il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2018/20 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar it-Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer system (TARGET2) sabiex tiżgura s-solidità legali tas-servizz tat-TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) u l-koerenza tiegħu mal-qafas legali tat-TARGET2 eżistenti. Is-servizz tat-TIPS huwa mistenni li jibda jopera fit-30 ta' Novembru 2018. Il-Linja Gwida ta' emenda tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Il-Linji Gwida Qafas dwar servizzi ta' akkwisti Threat Intelligence-based Ethical Red Teaming (TIBER-UE).

Fit-3 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv approva l-Linji Gwida dwar l-Akkwist ta' Servizzi ta' Qafas TIBER-UE Il-Linji Gwida huma parti integrali mill-Qafas TIBER-UE u jistabbilixxu r-rekwiżiti u l-istandards għall-intelligence ta' theddid u fornituri ta' ttestjar ta' timijiet ħomor biex iwasslu testijiet rikonoxxuti TIBER-UE. Il-Linji Gwida jinsabu fil-websajt tal-BĊE.

Ir-rapport tal-Eurosistema dwar il-valutazzjoni tan-nuqqas ta' skemi tal-ħlas bil-kards (CPSs)

Fis-6 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv approva l-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Eurosistema dwar il-valutazzjoni tan-nuqqas ta' skemi ta' ħlas bil-kards kontra l-verżjoni aġġornata tal-"Qafas superviżorju għal skemi ta' ħlas bil-kards – standards" aġġornata fi Frar 2015 u wara li tqiesu r-rakkomandazzjonijiet tas-SecuRe Pay dwar is-sigurtà tal-ħlasijiet fuq l-internet. Il-valutazzjoni tan-nuqqas kopriet 13-il CPS nazzjonali u 3 CPSs internazzjonali li joperaw fiż-żona tal-euro. Ir-rapport jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Eliġibbiltà ta' rabtiet ġodda bejn sistemi ta' saldu tat-titoli għall-użu f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema

Fl-14 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv approva konnessjoni diretta waħda ġdida (mis-sistema CBF lil NBB-SSS) u sitt konnessjonijiet ġodda trażmessi (minn LuxCSD permezz ta' sistema Clearstream Banking AG (CBF) lil NBB-SSS, minn LuxCSD permezz ta' sistema CBF lil OeKB CSD, minn Clearstream Banking SA (CBL) permezz tas-sistema CBF lil NBB-SSS, minn CBL permezz tas-sistema CBF lil OeKB CSD, minn CBF-CREATION permezz ta' CBL permezz ta' sistema CBF għal NBB-SSS, minn CBF-CREATION permezz ta' CBL permezz tas-sistema CBF għal OeKB CSD) bħala eliġibbli għall-użu f'operazzjonijiet ta' kreditu tal-Eurosistema. Il-lista tal-links eliġibbli li tinsab fil-websajt tal-BĊE se tiġi aġġornata meta l-konnessjonijiet l-ġodda jkunu operattivi.

Il-ħames rapport dwar il-frodi bil-kards

Fl-20 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv ħa nota tal-ħames rapport dwar il-frodi bil-kards li jkopri l-perijodu mill-2012 sal-2016 u awtorizza l-pubblikazzjoni tiegħu. Ir-rapport jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar il-leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar l-implimentazzjoni reċiproka ta' għodod makroprudenzjali fil-Lussemburgu

Fis-27 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/34 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Lussemburgu.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles IV”)

Fil-16 ta' Awissu 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/35 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reviżjoni tat-trattament prudenzjali tad-ditti tal-investiment

Fit-22 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/36 wara talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwistjoni ta' bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta' bonds koperti u li temenda d-Direttiva 2009/65/KE u d-Direttiva 2014/59 / UE; u dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emenda tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta' skoperturi fil-forma ta' bonds koperti

Fit-22 ta’ Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/37 wara talba tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għar-regolament ta’ ċerti imposti fuq ħlasijiet transkonfinali fl-Unjoni u l-imposti fuq il-kambju tal-munita

Fil-31 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/38 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-infrastrutturi kritiċi, iċ-ċibersigurtà u l-bonds koperti fis-Slovakkja

Fil-31 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/39 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tar-Repubblika Slovakka.

Opinjoni tal-BĊE dwar it-trażmissjoni ta' dejta amministrattiva għall-għanijiet statistiċi fil-Ġermanja

Fit-3 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/40 wara talba tal-Ministeru Federali tal-Ekonomija u t-Teknoloġija tal-Ġermanja.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regoli ġodda ta' arrotondament tal-ħlasijiet iddenominati f’euro fil-Belġju

Fl-4 ta’ Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/41 wara talba mill-Ministeru Belġjan għall-Impjiegi, l-Ekonomija u l-Konsumaturi.

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għar-riforma ta' banek popolari u banek kooperattivi fl-Italja

Fil-11 ta’ Settembru 2018 il-Kunsill Governattivi adotta l-Opinjoni CON/2018/42 wara talba tal-Ministeru Taljan għall-affarijiet Ekonomiċi u l-Finanzi.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España

Fis-6 ta’ Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/22 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España. Ir-Rakkomandazzjoni ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Membru Ġdid tal-Kumitat tal-Verifika

Fit-12 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Yannis Stournaras bħala membru tal-Kumitat tal-Verifika biex jieħu post lis-Sur Erkki Liikanen b'effett immedjat. Il-Kumitat tal-Verifika sussegwentement ser jeleġġi l-President tiegħu.

Stabbiltà finanzjarja

Twaqqif tal-Memorandum ta' Ftehim dwar l-iskambju ta' informazzjoni fost ir-reġistri ċentrali nazzjonali tal-kreditu għall-iskopijiet li jgħaddi lill-istituzzjonijiet li jirrappurtaw

Fis-27 ta' Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv ħa nota tad-deċiżjoni reċiproka tal-banek ċentrali nazzjonali li pparteċipaw fil-Memorandum ta' Ftehim stabbilit f'April 2010 dwar skambju ta' data volontarja bilaterali bejn ir-reġistri ta' kreditu ċentrali tal-UE li ser jitwaqqaf sa Settembru 2018.

Statistika

Rapport ta' kunfidenzjalità statistika fis-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali

Fis-27 ta' Lulju 2018 il-Kunsill Governattiv approva r-rapport annwali ta' kunfidenzjalità dwar il-miżuri adottati biex jissalvagwardjaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni statistika skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98. Ir-rapport fil-qosor jinsab fil-websajt tal-BĊE.

Emendi għal-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti ta’ rappurtar statistiku tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna

Fit-2 ta’ Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv adotta Linja Gwida BĊE/2018/19 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2011/23 dwar ir-rekwiżiti tal-Bank Ċentrali Ewropew għar-rappurtar tal-istatistika fil-qasam tal-istatistika esterna. L-emendi jirriflettu ħtiġijiet analitiċi dejjem jiżdiedu fil-qasam tal-politika monetarja u l-istabbiltà finanzjarja, li jirriżultaw minn, inter alia, il-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u l-innovazzjoni finanzjarja.

Konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tar-Regolament tal-BĊE li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar statistika fuq is-swieq tal-flus (BĊE/2014/48)

Fit-2 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi konsultazzjoni pubblika dwar l-abbozz tar-Regolament tal-BĊE li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1333/2014 dwar statistiċi dwar is-swieq tal-flus (BĊE/2014/48) u talab rispons sal-10 ta' Settembru 2018. Ir-Regolament ta; emenda għandu l-għan li jissimplifika l-iskema ta' rappurtar u jtejjeb il-kwalità tal-istatistika tas-suq tal-flus tal-euro rrappurtata lis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ).

Superviżjoni bankarja

Prinċipji ewlenin tal-aspettattivi superviżorji fuq il-mudelli tal-prenotazzjoni

Fl-20 ta’ Awwisu 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju biex tiġi pubblikata l-preżentazzjoni fuq il-prinċipji ewelnin tal-aspettattivi superviżorji dwar mudelli ta' prenotazzjoni. L-Opinjoni ġiet ippubblikata fuq il-websajt tal-BĊE fit-2 ta’ Awwissu 2018.

Gwida għal spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet ta' mudell intern

Fl-20 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għall-proposta mill-Bord Superviżorju biex tiġi ppubblikata l-Gwida għal spezzjonijiet fuq il-post u investigazzjonijiet ta' mudelli interni wara l-konsultazzjoni pubblika u l-istqarrija ta' rispons. Il-Gwida ġiet ippubblikata fuq il-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE fil-21 ta' Settembru 2018.

Pubblikazzjoni ta' ħarsa ġenerali ta' livell għoli tar-reviżjoni tematika dwar il-profittabilità u l-mudelli tan-negozju

Fit-23 ta' Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju li jippubblika rapport dwar l-eżitu ta' analiżi tematika dwar il-profitabilità u l-mudelli tan-negozju. Ir-rapport ġie ppubblikat fuq il-websajt dwar is-superviżjoni bankarja tal-BĊE fit-18 ta’ Settembru 2018.

Konsultazzjoni pubblika dwar il-kapitoli speċifiċi għat-tip ta' riskju tal-abbozz ta' gwida tal-BĊE dwar mudelli interni

Fit-30 ta’ Awwissu 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju biex iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-kapitoli speċifiċi għat-tip ta' riskju tal-Gwida tal-BĊE tal-mudelli interni.

Konsultazzjoni pubblika dwar abbozz ta' gwidi għal valutazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għal liċenzji

Fis-6 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għall-proposta tal-Bord Superviżorju biex iniedi konsultazzjoni pubblika dwar il-Gwida għal valutazzjonijiet ta' applikazzjonijiet għal liċenzji – Parti 2: Valutazzjoni ta' kapital u programm ta' operazzjonijiet.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja