Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Ġunju 2015

EMBARGO

M’GĦANDHIEX TIXXANDAR QABEL 15.00 CET tad-19 ta’ Ġunju 2015

Operazzjonijiet tas-suq

Xiri b’sostituzzjoni minn Eesti Pank

Fit-2 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li, minħabba n-nuqqas ta’ bonds tal-gvern u tal-aġenziji meħtieġa biex jaqdu l-allokazzjoni normattiva Estonjana fil-PSPP, Eesti Pank seta’ minflok jakkwista strumenti tad-dejn negozjabbli maħruġin minn Elering AS, korporazzjoni mhix finanzjarja pubblika Estonjana.

Sistemi ta’ ħlas u infrastruttura tas-suq

Rapport Annwali TARGET 2014

Fit-28 ta’ Mejju 2015 il-Kunsill Governattiv ħa nota tar-Rapport Annwali TARGET 2014. Ir-rapport jindika li s-sistema TARGET2 qiegħda tkompli tgħin fil-promozzjoni ta’ suq monetarju integrat fiż-żona tal-euro, li huwa kundizzjoni meħtieġa biex il-politika monetarja unika titmexxa b’mod effikaċi u tagħti sehemha għall-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji taż-żona tal-euro kif ukoll għall-istabbiltà finanzjarja. Ir-rapport, flimkien ma’ stqarrija għall-istampa, ġie ppubblikat fil-websajt tal-BĊE fl-1 ta’ Ġunju 2015.

Rapport dwar l-istatus ta’ T2S – Ġunju 2015

Fis-17 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv ħa nota tal-istatus ta’ tħejjija tal-proġett TARGET2-Securities minħabba li fit-22 ta’ Ġunju 2015 għandu jsir l-ewwel trasferiment ta’ attivitajiet. Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv approva l-metodu ta’ trasferiment misjub għas-suq Taljan, li bih l-attivitajiet ta’ saldu għandhom jibdew fil-31 ta’ Awwissu 2015.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regolazzjoni ta’ pożizzjonijiet miftuħa f’assi fuq il-karti tal-bilanċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Ungerija

Fil-21 ta’ Mejju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/15 wara talba minn Magyar Nemzeti Bank.

Opinjoni tal-BĊE dwar emendi għall-qafas legali li jirregola l-Kumpanija Slovena għall-Ġestjoni tal-Assi tal-Banek

Fit-28 ta’ Mejju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/16 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tas-Slovenja.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għall-iskema ta’ garanzija tad-depożiti u r-riżoluzzjoni fis-swieq finanzjarji fil-Polonja

Fit-28 ta’ Mejju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/17 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1708/2005 li jistipula regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar perjodu ta’ referenza komuni tal-indiċi għall-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur

Fl-1 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/18 wara talba mill-Kummissjoni Ewropea.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment fi Spanja

Fl-10 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2015/19 wara talba tas-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Ekonomiċi u s-Sostenn tan-Negozju ta’ Spanja.

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

L-14-il analiżi annwali tas-sehem internazzjonali tal-euro

Fis-17 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv awtorizza l-pubblikazzjoni tal-14-il analiżi annwali tas-sehem internazzjonali tal-euro, li teżamina l-iżviluppi fl-użu tal-euro minn residenti li ma kinux joqogħdu fiż-żona tal-euro fl-2014. Ir-rapport, flimkien ma’ stqarrija għall-istampa, se jiġi ppubblikat fil-websajt tal-BĊE fit-8 ta’ Lulju 2015.

Governanza korporattiva

Skema tal-akkwisti tal-Uffiċċju tal-Eurosistema għall-Koordinament tal-Akkwisti aġġornata għall-2015

Fil-21 ta’ Mejju 2015 il-Kunsill Governattiv approva l-iskema tal-akkwisti tal-Uffiċċju tal-Eurosistema għall-Koordinament tal-Akkwisti aġġornata għall-2015.

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije

Fl-10 ta’ Ġunju 2015 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2015/23 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet ippubblikata f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Payment systems

Corporate Governance

Kuntatti midja