Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Lulju 2014

EMBARGO

M’GĦANDHIEX TIXXANDAR QABEL it-3 p.m. CET tat-18 ta’ Lulju 2014

Is-sitwazzjoni ekonomika, monetarja u finanzjarja

Konformità tal-banek ċentrali mal-projbizzjonijiet dwar il-finanzjament monetarju u l-aċċess privileġġat

Fit-2 ta’ Lulju 2014, bi qbil mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jagħti lill-BĊE l-kompitu li jissorvelja l-konformità tal-banek ċentrali tal-Unjoni Ewropea mal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 123 u 124 tiegħu u r-Regolamenti relatati, il-Kunsill Governattiv approva r-rapport għas-sena 2013. Aktar tagħrif dwar dan jinsab f’taqsima speċifika tar-Rapport Annwali 2013 tal-BĊE li xxandar fil-websajt tal-BĊE fis-7 ta’ April 2014.

Operazzjonijiet tas-suq

Aktar dettalji dwar is-sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal imħabbra fil-5 ta’ Ġunju 2014

Fit-3 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv ħa deċiżjoni dwar dettalji tekniċi oħra tas-sensiela ta’ operazzjonijiet speċifiċi ta’ rifinanzjament għal żmien itwal (TLTROs) imħabbra fil-5 ta’ Ġunju 2014. It-TLTROs tfasslu biex itejbu l-funzjonament tal-mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja billi jsostnu s-self bankarju lill-ekonomija reali Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Strumenti ta’ dejn għal żmien qasir inklużi fil-qafas tal-klejms tal-kreditu addizzjonali

Fid-9 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2014/31 dwar miżuri temporanji addizzjonali fir-rigward ta’ operazzjonijiet ta’ rifinanzjament tal-Eurosistema u l-eliġibbiltà tal-kollateral u li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/9. Din il-Linja Gwida tirriformula l-Linja Gwida BĊE/2013/4 fl-interess taċ-ċarezza u tipprovdi biex jiġu inklużi fil-qafas tal-klejms tal-kreditu addizzjonali (ACC) ċerti strumenti ta’ dejn għal żmien qasir maħruġa minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji, sakemm dawn ikunu konformi ma’ għadd ta’ kriterji speċifiċi, u li ma kinux jissodisfaw il-kriterji ta’ eliġibbiltà tal-Eurosistema għal assi negozjabbli. F’dan ir-rigward, il-Kunsill Governattiv ikkonferma li l-oqfsa tal-ACC tal-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jiġu emendati biex jilqgħu dawk l-istrumenti li jkunu konformi għalkollox. Il-Linja Gwida BCE/2014/31 tirrifletti wkoll il-ħruġ tal-Portugall mill-programm li kellu mal-UE u l-FMI fit-30 ta’ Ġunju 2014. Minħabba r-riformulazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/2013/4, il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2014/32 li tħassar id-Deċiżjonijiet BĊE/2013/22 u BĊE/2013/36, li kienu japplikaw flimkien mal-Linja Gwida BĊE/2013/4. Dawn l-atti legali se jixxandru f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Perjodi ta’ żamma tar-riżervi fl-2015

Fis-16 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv approva l-kalendarju indikattiv tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2015, kif ukoll modifika għall-kalendarju tal-perjodi taż-żamma tar-riżervi fl-2014, li kien ġie approvat mill-Kunsill Governattiv fis-16 ta’ Mejju 2013. Dettalji dwar dan it-tibdil ingħataw fi stqarrija għall-istampa li tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri li jakkumpanjaw ir-Regolament tal-MSU fl-Awstrija

Fit-23 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/43 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Awstrija.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rekwiżiti tas-self responsabbli fl-Ungerija

Fit-23 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/44 wara talba minn Magyar Nemzeti Bank.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji li jagħtu self lill-konsumaturi fil-Bulgarija

Fl-24 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/45 wara talba mill-Bank Nazzjonali tal-Bulgarija.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rappurtar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli

Fl-24 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/49 wara talba mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-Opinjoni ma ddumx ma tixxandar f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar kumitat għar-riskju sistemiku fil-Lussemburgu

Fis-26 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/46 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi tal-Lussemburgu.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar statistiku fil-qasam tal-istatistika tal-pagamenti fil-Polonja

Fis-27 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/47 wara t-talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-ipproċessar, it-tqassim u l-protezzjoni kontra l-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti fl-Ungerija

Fis-27 ta’ Ġunju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/48 wara talba minn Magyar Nemzeti Bank.

Opinjoni tal-BĊE dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fil-Litwanja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta’ konverżjoni tal-euro għal-Litwanja

Fit-8 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/50 wara talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. L-Opinjoni ma ddumx ma tixxandar f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-età massima u t-terminu tal-kariga applikabbli għall-Gvernatur u l-Viċi Gvernaturi tal-Banque de France

Fit-8 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/51 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi u l-Affarijiet Ekonomiċi ta’ Franza.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-qafas legali għal istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-Polonja

Fid-9 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/52 wara t-talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Polonja.

Opinjoni tal-BĊE dwar l-approvazzjoni ta’ sistemi ta’ ħlas f’Malta

Fl-10 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/53 wara talba mill-Bank Ċentrali ta’ Malta.

Opinjoni tal-BĊE dwar regoli li jirregolaw il-konsultazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew fis-Slovakkja

Fl-10 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/54 wara t-talba ta’ Membru tal-Parlament tas-Slovakkja.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riproduzzjoni tal-karti tal-flus u muniti tal-euro u l-forint fl-Ungerija

Fil-11 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/55 wara talba minn Magyar Nemzeti Bank.

Opinjoni tal-BĊE dwar il-kompetenza għall-ħruġ ta’ muniti f’Ċipru

Fis-16 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2014/56 wara t-talba tal-Ministru tal-Finanzi tar-Repubblika ta’ Ċipru.

Statistika

Regolament tal-BĊE li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 dwar statistika fuq rati tal-imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34)

Fit-8 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta r-Regolament BĊE/2014/30 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1072/2013 dwar statistika fuq rati tal-imgħax applikati minn istituzzjonijiet finanzjarji monetarji (BĊE/2013/34). Ir-Regolament jallinja l-ambitu tas-self innegozjat mill-ġdid fir-Regolament (UE) Nru 1072/2013 mal-Linja Gwida BĊE/2014/15. Ir-Regolament se jixxandar f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Governanza korporattiva

Bidla fil-frekwenza tal-laqgħat tal-politika monetarja, skeda riveduta għal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv fl-2015 u impenn għall-pubblikazzjoni ta’ tagħrif regolari dwar id-diskussjonijiet tal-politika monetarja

Fit-3 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv ħa d-deċiżjoni li jbiddel il-frekwenza tal-laqgħat tiegħu dwar il-politika monetarja għal ċiklu ta’ sitt ġimgħat mill-1 ta’ Jannar 2015. Il-perjodi taż-żamma tar-riżervi se jitwalu għal sitt ġimgħat biex jaqblu mal-iskeda l-ġdida. Barra dan, il-Kunsill Governattiv biħsiebu jxandar tagħrif regolari dwar il-laqgħat tal-politika monetarja minn Jannar 2015. Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE. Fis-16 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv approva skeda riveduta tal-laqgħat għas-sena kalendarja 2015. Aktar tagħrif dwar dan jinsab fi stqarrija għall-istampa li qiegħda fil-websajt tal-BĊE.

Superviżjoni bankarja

Deċiżjoni tal-BĊE dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrappurtata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti

Fit-2 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2014/29 dwar l-għoti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ dejta superviżorja rrappurtata lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mill-entitajiet taħt superviżjoni skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 680/2014. Id-Deċiżjoni se tixxandar f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Formolarju għall-evalwazzjoni komprensiva

Fis-16 ta’ Lulju 2014 il-Kunsill Governattiv approva l-formolarju li se jintuża biex jixxandru r-riżultati tal-banek individwali fir-rigward tal-evalwazzjoni komprensiva. Il-formolarju, flimkien ma’ stqarrija għall-istampa dwar il-proċess kollu, ixxandar fil-websajt tal-BĊE fis-17 ta’ Lulju 2014.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja