Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fil-31 ta’ Diċembru 2014
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Iż-żieda ta’ EUR 9.1 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) fil-perjodu bejn is-26 u l-31 ta’ Diċembru 2014 kienet dovuta għall-aġġustamenti tar-rivalutazzjoni trimestrali.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) żdiedet b’EUR 4.7 biljun għal EUR 235.9 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv kif ukoll għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.
Fil-jiem imsemmija, l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 372.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 1,016.6 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 29.7 biljun għal EUR 36.8 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) żdied bi EUR 33.1 biljun għal EUR 582.1 biljun. Nhar it-Tlieta 30 ta’ Diċembru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 119.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 156.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.9 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 48.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 43.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 217.2 biljun minħabba l-amortizzament tal-primjums jew l-iskonti bħala parti mill-proċessi ta’ tmiem it-trimestru. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fil-31 ta’ Diċembru 2014 | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - xiri | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - fidi | Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet - aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 28.8 biljun | - | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 12.8 biljun | - | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 29.6 biljun | - | - | - EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 1.7 biljun | - | - | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 144.3 biljun | - | - | + EUR 0.4 biljun |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) żdiedet b’EUR 61.8 biljun għal EUR 318.2 biljun.
Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema
Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati bir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2014 jidher fil-kolonna miżjuda “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu dawn:
Deheb: EUR 987.769 kull uqija fina
USD (Dollaru Amerikan): 1.2141 kull EUR
JPY (Yen Ġappuniż): 145.23 kull EUR
SDR (Drittijiet speċjali ta’ kreditu): EUR 1.1924 kull SDR
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 343,630 | 0 | 9,101 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 270,231 | −440 | 4,587 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 81,298 | −38 | 1,025 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
188,932 | −402 | 3,562 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 27,940 | −1,301 | 588 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,905 | −476 | −52 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,905 | −476 | −52 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 630,341 | 37,855 | 0 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 156,129 | 36,967 | 0 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 473,285 | 0 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 924 | 885 | 0 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 2 | 2 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 59,939 | 1,225 | 26 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 589,511 | −650 | 2,642 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 217,242 | 23 | 318 | |
7.2 | Titoli oħra | 372,269 | −674 | 2,324 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,715 | −2 | −9 | |
9 | Assi oħra | 241,042 | 1,852 | 3,061 | |
Assi Totali | 2,208,253 | 38,062 | 19,944 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba i) transazzjonijiet ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur |
|||
---|---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | |||||
i) | ii) | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,016,616 | −587 | 0 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 366,511 | 66,546 | 0 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 318,245 | 61,806 | 0 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 48,266 | 4,740 | 0 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | 0 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 4,635 | −245 | 0 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 64,523 | −28,521 | 0 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 36,770 | −29,663 | 0 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 27,753 | 1,142 | 0 | |
6 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 47,927 | 671 | 17 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 1,271 | −39 | 42 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 4,753 | −2,227 | 193 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 4,753 | −2,227 | 193 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,211 | 0 | 717 | |
10 | Passiv ieħor | 221,055 | 2,464 | 3,774 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 330,733 | 0 | 15,197 | |
12 | Kapitali u riżervi | 94,020 | 0 | 4 | |
Total tal-passiv | 2,208,253 | 38,062 | 19,944 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja