Relazzjonijiet Ewropej

Daħla

Din it-taqsima fiha tagħrif dwar ir-relazzjonijiet tal-BĊE ma' istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn. Tfisser ukoll l-istruttura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u kif din taħdem.

Fittex dwar rekwiżiti oħra tar-responsabbiltà li għandhom x'jaqsmu mal-kompiti u r-responsabbiltajiet superviżorji tal-BĊE websajt tas-Superviżjoni bankarja

  • Il-BĊE huwa indipendenti fit-twettiq tal-mandat u d-dmirijiet tiegħu. Dan ifisser ukoll li l-BĊE huwa suġġett għal rekwiżiti stretti ta' rappurtar lejn iċ-ċittadini tal-Ewropa u lejn ir-rappreżentanti eletti tagħhom fil-Parlament Ewropew.
  • Fil-prattika l-BĊE jkollu djalogu regolari mal-Parlament Ewropew, l-aktar bid-dikjarazzjonijiet li l-President tal-BĊE jagħmel kull tliet xhur fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) tal-Parlament u bil-preżentazzjoni tar-Rapport Annwali tal-BĊE mill-President tal-BĊE nnifsu f'seduta plenarja tal-Parlament Ewropew. Membri oħra tal-Bord Eżekuttiv jistgħu jattendu wkoll il-laqgħat tal-Kumitat ECON.
  • Barra dan, il-BĊE jwieġeb mistoqsijiet bil-miktub li jsiru mill-Membri tal-Parlament Ewropew, li mbagħad jixxandru flimkien mat-tweġibiet tal-BĊE fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-Pubblikazzjonijiet.

aktar

  • Il-ħolqien tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u l-introduzzjoni tal-euro jgħoddu mal-kisbiet kbar tal-integrazzjoni Ewropea. Il-proċess ta' integrazzjoni beda fil-bidu tas-snin 1950 bid-“Dikjarazzjoni ta' Schuman” u bit-twaqqif sussegwenti tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar minn sitt pajjiżi Ewropej Ġrajjiet ewlenin tal-integrazzjoni Ewropea.
  • Wara li fl-1957 ġew iffirmati t-Trattati ta' Ruma (1957) li waqqfu l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-proċess ta' integrazzjoni twessa' (i.e. issieħbu aktar pajjiżi) u sar aktar profond (i.e. żdiedu aktar oqsma politiċi). Fl-1992 l-Istati Membri ffirmaw it-Trattat ta' Maastricht li witta t-triq għall-UEM fi tliet fażijiet Unjoni Ekonomika u Monetarja. Fi ħdan l-UEM, il-politika monetarja u l-politika dwar ir-rati tal-kambju jitmexxew fil-livell taż-żona tal-euro waqt li l-politika ekonomika baqgħet fil-biċċa l-kbira tagħha fil-kompetenza tal-Istati Membri, suġġetta għal qafas Ewropew Qafas tal-politika tal-UEM.
  • Il-BĊE twaqqaf fl-1 ta' Ġunju 1998 u r-responsabbiltà għall-politika monetarja unika għaddiet għandu fl-1 ta' Jannar 1999. Waqt li l-BĊE huwa integrat għal kollox fil-qafas istituzzjonali tal-UE, it-Trattat jagħtih status speċjali. B'mod partikolari, il-BĊE huwa indipendenti għalkollox fit-twettiq tal-mandat u d-dmirijiet tiegħu Indipendenza.
  • Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-BĊE sar istituzzjoni tal-UE. Dan il-provediment iddaħħal biex itejjeb it-trasparenza tal-qafas istituzzjonali tal-UE u m'għandu ebda konsegwenza operattiva importanti għall-BĊE jew għas-SEBĊ/Eurosistema.
  • Il-BĊE jaħdem flimkien ma' istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn għal għadd ta' raġunijiet ekonomiċi, funzjonali u legali. B'mod partikolari, il-BĊE għandu rabtiet mal-Kunsill Ewropew, mal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (ECOFIN) u mal-Eurogrupp kif ukoll ma' bosta kumitati ta' tħejjija (bħall-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju u l-Kumitat għall-Politika Ekonomika), mal-Parlament Ewropew, mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u mal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja Kooperazzjoni Ewropea.