Il-Kunsill Governattiv

Il-Kunsill Governattiv huwa l-korp deċiżjonali ewlieni tal-BĊE. Huwa magħmul

  • mis-sitt membri tal-Bord Eżekuttiv, kif ukoll
  • mill-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali tad-19-il pajjiż taż-żona tal-euro.
The Governing Council

Kunsill Governattiv tal-BĊE

(sa Ġunju 2018)

Responsabbiltajiet

  • jadotta l-linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jiġi żgurat li jitwettqu l-kompiti fdati f’idejn il-BĊE u l-Eurosistema;
  • ifassal politika monetarja għaż-żona tal-euro billi jieħu deċiżjonijiet dwar l-għanijiet monetarji, ir-rati ewlenin tal-imgħax, il-provvista ta’ riżervi fl-Eurosistema u t-twaqqif ta’ linji gwida għall-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet;
  • fir-rigward tar-responsabbiltajiet ġodda tal-BĊE li għandhom x’jaqsmu mas-superviżjoni bankarja, jadotta deċiżjonijiet relatati mal-qafas ġenerali li fih jittieħdu d-deċiżjonijiet superviżorji, u jadotta abbozzi ta’ deċiżjonijiet sħaħ li jiġu proposti mill-Bord Superviżorju skont il-proċedura tan-nuqqas ta’ oġġezzjoni.

Laqgħat u deċiżjonijiet

Il-Kunsill Governattiv normalment jiltaqa’ darbtejn fix-xahar fil-bini tal-BĊE fi Frankfurt am Main, il-Ġermanja.

Il-Kunsill Governattiv jevalwa l-iżviluppi ekonomiċi u monetarji u jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-politika monetarja kull sitt ġimgħat. Fil-laqgħat l-oħra, il-Kunsill fil-biċċa l-kbira jiddiskuti affarijiet li jkollhom x’jaqsmu ma’ kompiti u responsabbiltajiet oħra tal-BĊE u tal-Eurosistema. Biex jiġi żgurat li l-kompiti tal-BĊE tal-politika monetarja u kompiti oħra jkunu separati mir-responsabbiltajiet superviżorji tiegħu, isiru laqgħat separati tal-Kunsill Governattiv.

Id-deċiżjoni dwar il-politika monetarja titfisser bir-reqqa f’konferenza stampa li ssir kull sitt ġimgħat. Il-President, megħjun mill-Viċi President, imexxi l-konferenza stampa.

Barra dan, il-BĊE jippubblika tagħrif regolari dwar il-laqgħat tal-Kunsill Governattiv li għandhom x’jaqsmu mal-politika monetarja qabel id-data tal-laqgħa li jkun imiss.

Kalendarju tal-laqgħat tal-Kunsill Governattiv
Sfond għad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja

Fittex dwar kif jittieħdu d-deċiżjonijiet fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku websajt tas-Superviżjoni bankarja.

Kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE?

Bis-sħubija tal-Litwanja fiż-żona tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2015, bdiet titħaddem sistema li biha l-Gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali jkollhom dritt għall-vot fil-Kunsill Governattiv meta jmisshom.

Hawn taħt il-BĊE jwieġeb mistoqsijiet li jsiru sikwit dwar kif taħdem is-sistema u għaliex titħaddem.

Spjegazzjoni dwar kif taħdem ir-rotazzjoni tad-dritt għall-vot
L-iskeda sħiħa tar-rotazzjoni tad-dritt għall-vot

Membri

Mario Draghi

Mario Draghi

President tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Luis de Guindos

Luis de Guindos

Viċi President tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Benoît Cœuré

Benoît Cœuré

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Yves Mersch

Yves Mersch

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Sabine Lautenschläger

Sabine Lautenschläger

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Philip R. Lane

Philip R. Lane

Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE

Kurrikulu tal-karriera
Pierre Wunsch

Pierre Wunsch

Gvernatur, Nationale Bank van België / Banque Nationale de Belgique

Jens Weidmann

Jens Weidmann

President, Deutsche Bundesbank

Madis Müller

Madis Müller

Gvernatur, Eesti Pank

Sharon Donnery

Sharon Donnery

Aġent Gvernatur, Central Bank of Ireland

Yannis Stournaras

Yannis Stournaras

Gvernatur, Bank of Greece

Pablo Hernández de Cos

Pablo Hernández de Cos

Gvernatur, Banco de España

François Villeroy de Galhau

François Villeroy de Galhau

Gvernatur, Banque de France

Ignazio Visco

Ignazio Visco

Gvernatur, Banca d'Italia

Constantinos Herodotou

Constantinos Herodotou

Gvernatur, Central Bank of Cyprus

Ilmārs Rimšēvičs

Ilmārs Rimšēvičs

Gvernatur, Latvijas Banka

Vitas Vasiliauskas

Vitas Vasiliauskas

President tal-Bord, Lietuvos bankas

Gaston Reinesch

Gaston Reinesch

Gvernatur, Banque centrale du Luxembourg

Mario Vella

Mario Vella

Gvernatur, Bank Ċentrali ta’ Malta

Klaas Knot

Klaas Knot

President, De Nederlandsche Bank

Ewald Nowotny

Ewald Nowotny

Gvernatur, Oesterreichische Nationalbank

Carlos Costa

Carlos Costa

Gvernatur, Banco de Portugal

Boštjan Vasle

Boštjan Vasle

Gvernatur, Banka Slovenije

Peter Kažimír

Peter Kažimír

Gvernatur, Národná banka Slovenska

Olli Rehn

Olli Rehn

Gvernatur, Suomen Pankki - Finlands Bank