Il-ħarsien tal-ambjent fil-BĊE
Bħala istituzzjoni Ewropea, għandna rwol fil-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Sabiex intejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nnaqqsu l-impronta tal-karbonju kemm jista' jkun, adottajna politika ambjentali fl-2007 u ġejna rreġistrati mal-Iskema Ewropea għall-Ġestjoni u l-Verifika Ekoloġika (EMAS) sa mill-2010.
Mill-2008, aħna
naqqasna l-emissjonijiet tal-karbonju għal kull post tax-xogħol b'75%
naqqasna l-konsum tal-enerġija tagħna għal kull post tax-xogħol b'36%
naqqasna l-konsum tal-ilma tagħna għal kull post tax-xogħol b'22%
Fl-2019 aħna:
introduċejna sistema ta’ depożitu għat-tazzi tal-kafè take-away u neħħejna gradwalment snacks ippakkjati individwalment fiż-żoni tal-laqgħat u tal-konferenzi
ipparteċipajna għall-ewwel darba fil-Ġimgħa Ewropea għat-Tnaqqis tal-Iskart
komplejna nrawmu l-bijodiversità billi installajna fil-bini tagħna lukandi ġodda għall-insetti kif ukoll djar tal-friefet il-lejl u tal-għasafar
fil-BĊE
Politika ambjentali
Din il-politika tipprovdi sett ċar ta' miżuri li jgħinuna ntejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħna u nimminimizzaw l-impronta ekoloġika tagħna.
Il-karatteristiċi tal-iffrankar tal-enerġija tal-bini ewlieni tagħna
Kun af kif nirriċiklaw l-enerġija, is-sħana u l-ilma tax-xita biex l-iskyscraper tagħna jirrispetta l-ambjent kemm jista' jkun.
Kollaborazzjoni interistituzzjonali
Tgħallem iktar dwar kif l-istituzzjonijiet Ewropej li huma rreġistrati mal-EMAS jaħdmu flimkien biex inaqqsu l-impronta ekoloġika tagħhom.
- 21 October 2019
- ECB environmental statement 2019
- 26 October 2016
- ECB environmental statement 2016
- 12 September 2013
- ECB environmental statement 2013
- 14 December 2010
- ECB environmental statement 2010

