Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-1 ta’ Lulju 2011

6 ta' Lulju 2011

Partiti li mhumiex relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fl-1 ta’ Lulju 2011 iż-żieda ta’ EUR 12.6 biljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kienet dovuta għall-aġġustamenti trimestrali ta’ rivalutazzjoni.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.6 biljun għal EUR 176.6 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għall-effetti tar-rivalutazzjoni trimestrali tal-attiv u l-passiv u għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll li għamlu l-banek ċentrali tal-Eurosistema matul il-perjodu analizzat.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 6 biljun għal EUR 350.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.7 biljun għal EUR 849.2 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu bi EUR 22 biljun għal EUR 71.8 biljun.

Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 55.9 biljun għal EUR 354.5 biljun. Nhar l-Erbgħa 29 ta’ Ġunju 2011 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 186.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 141.5 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 74 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis 30 ta’ Ġunju 2011 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 129.5 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 132.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 24.9 biljun (imqabbel ma’ EUR 13.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 134.3 biljun, l-aktar minħabba l-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-1 ta’ Lulju 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 74.2 biljun u EUR 60.1 biljun rispettivament. Dawn iż-żewġ portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-tranżazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 37.2 biljun għal EUR 216.2 biljun.

Rivalutazzjoni ta’ tmiem it-trimestru tal-attiv u l-passiv tal-Eurosistema

Skont ir-regoli armonizzati tal-kontabilità tal-Eurosistema, id-deheb, il-kambju barrani, l-investimenti f’titoli u l-istrumenti finanzjarji tal-Eurosistema jiġu rivalutati skont ir-rati u l-prezzijiet tas-suq fi tmiem kull trimestru. L-impatt nett tar-rivalutazzjoni fuq kull partita tal-karta tal-bilanċ fl-1 ta’ Lulju 2011 jidher fil-kolonna addizzjonali “ Differenza mqabbla mal-ġimgħa li għaddiet dovuta għall-aġġustamenti ta’ tmiem it-trimestru”. Il-prezz tad-deheb u r-rati ewlenin tal-kambju użati għar-rivalutazzjoni tal-bilanċi kienu kif ġej:

Deheb: EUR 1,043.382 kull uqija fina

USD: 1.4453 kull EUR

JPY: 116.25 kull EUR

Drittijiet speċjali ta’ kreditu (DSK): EUR 1.1067 kull DSK

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Deheb u krediti f’deheb 363,251 0 12,581
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 216,010 −632 −1,055
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,282 24 −622
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
141,728 −656 −433
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,257 −415 −47
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,499 −225 38
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,499 −225 38
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 455,154 −42,369 0
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 141,461 −45,482 0
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 313,163 2,861 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 504 291 0
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 26 −39 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 45,165 4,214 0
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 485,011 6,610 −419
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,350 −8 236
7.2 Titoli oħra 350,661 6,618 −655
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 33,993 −470 −58
9 Assi oħra 302,244 −5,915 571
Assi Totali 1,944,583 −39,202 11,611
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba
i) transazzjonijiet
ii) aġġustamenti ta' l-aħħar tliet xhur
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
i) ii)
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 849,165 5,725 0
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 316,912 −23,713 0
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 216,212 −37,206 0
2.2 Faċilità ta’ depożitu 24,902 11,713 0
2.3 Depożiti fissi 74,000 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 1,798 1,780 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,086 2,307 0
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 79,476 −21,927 0
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 71,776 −21,961 0
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,701 34 0
6 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 36,317 −1,683 −5
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 890 −603 −26
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 9,593 −296 −167
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,593 −296 −167
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 52,170 0 −441
10 Passiv ieħor 196,838 988 1,484
11 Kont tar-rivalutazzjoni 316,656 0 10,766
12 Kapitali u riżervi 81,479 0 0
Total tal-passiv 1,944,583 −39,202 11,611

Kuntatti midja