Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-5 ta’ Novembru 2010

9 ta' Novembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Novembru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 177.2 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
4 ta’ Novembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 313.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 816.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 28.9 biljun għal EUR 80.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 36.6 biljun għal EUR 383.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Novembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 183.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 178.4 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Novembru 2010 wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun u nġabru depożiti ġodda fl-istess ammont, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 81.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 50.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 711 miljun għal EUR 125 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Novembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 64 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 15.2 biljun għal EUR 190 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,412 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 220,253 −592
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,821 −29
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
150,431 −563
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,709 −30
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,040 1,235
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,040 1,235
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 528,871 −5,223
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 178,350 −5,088
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 350,386 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 131 −133
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 4 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,353 −1,857
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 438,665 1,347
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 125,028 711
7.2 Titoli oħra 313,637 635
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,977 0
9 Assi oħra 258,073 −4,205
Assi Totali 1,886,353 −9,326
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 816,309 1,287
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 335,262 16,206
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 190,008 −15,221
2.2 Faċilità ta’ depożitu 81,733 31,425
2.3 Depożiti fissi 63,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 21 2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,001 1,615
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,085 −29,118
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 80,934 −28,857
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,152 −261
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,884 −75
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,354 418
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,718 −1,216
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,718 −1,216
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 161,145 1,558
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,886,353 −9,326

Kuntatti midja