Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-10 ta’ Settembru 2010
Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Settembru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħat prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 191.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ transazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
9 ta’ Settembru 2010 | Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 60 miljun | USD 60 miljun |
It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 303.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 816 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.1 biljun għal EUR 92.9 biljun.
Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 73.7 biljun għal EUR 482.1 biljun. Nhar l-Erbgħa, 8 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 153.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153.7 biljun. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 39.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 37.9 biljun, b’maturità ta’ 35 jum. Barra dan, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 49.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 122.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 237 miljun għal EUR 122.4 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-10 ta’ Settembru 2010 il-valur tal-portafoll tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 61.2 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 85.2 biljun għal EUR 261.4 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 351,970 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 236,725 | −943 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 73,471 | −250 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
163,254 | −693 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 28,160 | 135 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 17,810 | 823 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,810 | 823 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 592,199 | 373 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 153,655 | 595 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 437,465 | −1,245 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,025 | 1,022 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 55 | 2 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 30,713 | −1,617 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 426,296 | 2,434 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 122,353 | 237 | |
7.2 | Titoli oħra | 303,943 | 2,197 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 35,041 | 0 | |
9 | Assi oħra | 254,339 | 8,826 | |
Assi Totali | 1,973,255 | 10,031 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 815,951 | −815 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 371,536 | 11,784 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 261,403 | 85,150 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 49,071 | −73,369 | |
2.3 | Depożiti fissi | 61,000 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 62 | 3 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,720 | 227 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 99,761 | −4,039 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 92,926 | −4,100 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 6,835 | 60 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 39,724 | 856 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 971 | −14 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 16,118 | −750 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 16,118 | −750 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 56,711 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 163,753 | 2,782 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 328,818 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 78,191 | 0 | |
Total tal-passiv | 1,973,255 | 10,031 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja