Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-13 ta’ Awwissu 2010

17 ta' Awissu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-13 ta’ Awwissu 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 191.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
12 ta’ Awwissu 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 0.4 biljun
12 ta’ Awwissu 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1.0 biljun -

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 298.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 819.9 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 73.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 94.5 biljun għal EUR 469.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  154.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153.7 biljun. Ukoll, nhar l-Erbgħa, 11 ta’ Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 49.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 39.1 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 55.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 161.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 10 miljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 101.3 biljun għal EUR 255.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,970 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 234,449 −1,631
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,048 −4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,401 −1,627
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,472 81
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,962 −604
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,962 −604
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 585,841 −11,219
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 153,747 −1,098
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 431,791 −10,251
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 253 168
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 51 −38
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,529 −1,686
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 419,749 1,025
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 121,473 10
7.2 Titoli oħra 298,276 1,015
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,041 0
9 Assi oħra 239,071 2,213
Assi Totali 1,953,086 −11,821
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 819,892 −2,668
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 371,661 −4,414
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 255,513 101,331
2.2 Faċilità ta’ depożitu 55,585 −105,744
2.3 Depożiti fissi 60,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 63 −1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,164 318
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 80,107 −2,944
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 73,139 −2,818
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,968 −126
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,596 −766
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,016 1
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,919 −1,124
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,919 −1,124
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 159,011 −224
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,953,086 −11,821

Kuntatti midja