European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Awwissu 2010

10 ta' Awissu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-6 ta’ Awwissu 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament l-istess fil-livell ta’ EUR 191.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 297.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2 biljun għal EUR 822.6 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 34.8 biljun għal EUR 76 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 75.9 biljun għal EUR 375.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 4 ta’ Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  190 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 154.8 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 161.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 120.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 9 miljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 41.6 biljun għal EUR 154.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,971 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 236,080 −268
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,051 −51
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,028 −216
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,391 919
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,566 −379
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,566 −379
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 597,060 −35,439
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 154,844 −35,142
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 442,042 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 85 −280
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 88 −16
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,215 −1,719
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 418,724 955
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 121,463 9
7.2 Titoli oħra 297,261 946
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,041 0
9 Assi oħra 236,858 −825
Assi Totali 1,964,906 −36,754
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 822,560 1,977
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 376,075 −1,183
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 154,182 −41,616
2.2 Faċilità ta’ depożitu 161,330 40,436
2.3 Depożiti fissi 60,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 64 −2
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 846 −938
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 83,051 −35,074
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 75,958 −34,842
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,093 −232
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,362 −869
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,015 −328
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,043 947
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 17,043 947
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 159,234 −1,286
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,964,906 −36,754
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja