Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tal-25 ta’ Ġunju 2010

29 ta' Ġunju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-25 ta’ Ġunju 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 172.6 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 299.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 809.8 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 24.4 biljun għal EUR 155.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 30.8 biljun għal EUR 534.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 23 ta’ Ġunju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  126.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 151.5 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 47 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 51 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.6 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 284.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 232 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 5.5 biljun għal EUR 115.1 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 4.2 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 1.3 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 50.6 biljun għal EUR 245.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,690 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 212,992 −727
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,343 −23
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
143,649 −704
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,287 412
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,276 −175
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,276 −175
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 870,354 25,441
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 151,512 24,840
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 718,236 37
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 565 554
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 42 10
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,231 2,866
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 414,448 4,071
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 115,097 5,494
7.2 Titoli oħra 299,351 −1,423
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 0
9 Assi oħra 247,391 −2,383
Assi Totali 2,154,245 29,505
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 809,750 825
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 580,559 5,646
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 245,063 −50,620
2.2 Faċilità ta’ depożitu 284,357 52,312
2.3 Depożiti fissi 51,000 4,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 138 −46
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,038 −6
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 163,543 23,980
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 155,424 24,405
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,119 −425
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 41,429 −365
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 957 −95
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,648 −50
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,648 −50
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 162,161 −431
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 77,922 0
Total tal-passiv 2,154,245 29,505

Kuntatti midja