Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-21 ta’ Mejju 2010

25 ta' Mejju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-21 ta’ Mejju 2010, it-tnaqqis nett ta’ EUR 2 miljuni f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta n-negozjar ta’ muniti tad-deheb minn żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 6.8 biljun għal EUR 173.5 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani

Fl-20 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ta’ tmint ijiem ta’ USD 9.2 biljun. Fl-istess data, ġiet regolata operazzjoni ta’ 84 jum ta’ USD 1 biljun. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti, reċiproċi u temporanji (linja swap) dwar il-munita, li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) stabbilixxa mal-Federal Reserve System.

Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
20 ta’ Mejju 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 9.2 biljun
Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1 biljun

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 307.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.5 biljun għal EUR 804.6 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.1 biljun għal EUR 118.3 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 39.3 biljun għal EUR 541.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Mejju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  99.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 104.8 biljun. Fl-istess data, inġabru depożiti b’maturità ta’ ġimgħa, f’ammont ta’ EUR 16.5 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 253.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 225.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 11.1 biljun għal EUR 79.8 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 10.4 biljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 0.7 biljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.6 biljun għal EUR 246.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,696 −2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 211,749 −3,212
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,602 −58
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
142,147 −3,154
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,798 −5,376
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,267 2,821
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,267 2,821
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 811,688 5,026
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 104,752 5,182
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 706,881 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 13 −154
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 42 −3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,861 3,173
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 387,114 9,803
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 79,797 11,105
7.2 Titoli oħra 307,317 −1,302
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,582 5
9 Assi oħra 248,214 −5,213
Assi Totali 2,069,968 7,025
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 804,587 −453
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 516,213 −11,199
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 246,239 −55,562
2.2 Faċilità ta’ depożitu 253,469 27,863
2.3 Depożiti fissi 16,500 16,500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 5 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 390 −182
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 126,471 9,233
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 118,268 9,104
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,202 129
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 59,248 13,685
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,383 −1,063
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,619 −765
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,619 −765
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 169,162 −2,230
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 76,657 0
Total tal-passiv 2,069,968 7,025
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja