Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tad-9 ta’ Jannar 2009

13 ta' Jannar 2009

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Jannar 2009, it-tnaqqis ta’ EUR 22 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 7.9 biljun għal EUR 358.8 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità. Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni rriversjata ta’ USD 52.4 biljun li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, li kellha maturità ta’ 16-il jum, u ġiet regolata transazzjoni ġdida ta’ USD 41.1 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni swap ta’ kambju barrani EUR/USD, ta’ USD 5.4 biljun, b’maturità ta’ 16-il jum, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ USD 3.3 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni swap f’kambju barrani ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija. It-transazzjonijiet kollha denominati f’dollari Amerikani tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), bejn il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-Federal Reserve System. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ CHF 22.6 biljun b’maturità ta’ tmint ijiem, u ġiet regolata operazzjoni ġdida ta’ CHF 25.2 biljun, b’maturità ta’ sebat ijiem. Din l-operazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament reċiproku u temporanju (linja swap) bejn il-BĊE u s-Swiss National Bank u ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

Nhar it-Tnejn, 5 ta’ Jannar 2009, immaturat transazzjoni ta’ xiri mill-ġdid li pprovdiet likwidità ta’ EUR 0.5 biljun, b’maturità ta’ ħamest ijiem, li affettwat il- klejms denominati f’euro, tar-residenti barra ż-żona tal-euro (il-partita nru. 4 tal-attiv). Din it-transazzjoni tmexxiet mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-ftehim mal-Magyar Nemzeti Bank biex tipprovdi faċilità ta’ sostenn għall-operazzjonijiet ta’ dan il-bank.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli denominati f’euro, tar-residenti taż-żona tal-euro (il-partita nru. 7 tal-attiv) naqsu b’EUR 2.5 biljun għal EUR 280.2 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 12.6 biljun għal EUR 751.1 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 90.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 55.7 biljun għal EUR 509.8 biljun. Ta’ min jinnota li t-tnaqqis ta’ EUR 6.9 biljun f’ operazzjonijiet ta’ rfinar irriversjati (il-partita 2.4 tal-passiv) jirreferi għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja mmexxija min-Národná banka Slovenska qabel ma ssieħeb mal-Eurosistema.

Nhar it-Tlieta, 6 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 238.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 216.1 biljun. Nhar il-Ħamis, 8 ta’ Jannar 2009, immaturat operazzjoni supplementari ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 25 biljun, b’maturità ta’ sitt xhur, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 7.6 biljun, bl-istess maturità. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni supplementari oħra ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 9.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 315.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 281.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 55.7 biljun għal EUR 157.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 218,392 −22
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 159,502 −2,552
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 13,214 2
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
146,289 −2,554
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 218,039 −7,769
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,517 810
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,517 810
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 828,533 −28,977
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 216,830 −22,762
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 610,161 −6,763
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,459 517
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 84 32
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 56,861 −1,223
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 280,219 −2,474
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 37,438 −30
9 Assi oħra 226,063 −1,075
Assi Totali 2,045,566 −43,312
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 751,133 −12,550
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 475,277 −29,029
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 157,536 −55,746
2.2 Faċilità ta’ depożitu 315,254 33,584
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 2,305 −6,935
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 182 69
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 325 −15
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 1,003 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 98,652 4,847
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 90,770 5,420
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,882 −573
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 282,120 −4,648
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,793 −2,670
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 11,517 234
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 11,517 234
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,446 0
10 Passiv ieħor 170,573 1,417
11 Kont tar-rivalutazzjoni 176,589 0
12 Kapitali u riżervi 71,140 −899
Total tal-passiv 2,045,566 −43,312

Kuntatti midja