- Il-BĊE jniedi żewġ għodod ġodda biex l-istatistika ssir aktar aċċessibbli
- L-ECBstatsApp tipprovdi aċċess u tivviżwalizza l-istatistika ekonomika fuq tablets
- Il-websajt “L-istatistika tagħna” tipprovdi aċċess faċli biex l-istatistika taż-żona tal-euro u dik nazzjonali tkun tista’ titqabbel u tinqasam ma’ oħrajn: https://www.euro-area-statistics.org
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) nieda żewġ għodod li jagħmlu l-istatistika tiegħu iżjed aċċessibbli.
“L-istatistika tagħna” hija websajt, żviluppta bil-kooperazzjoni tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema, li tiffaċilita l-aċċess u l-użu ta’ analiżi statistika ewlenija għaż-żona tal-euro kif ukoll ta’ statistika nazzjonali bl-użu ta’ viżwalizzazzjonijiet. Waħda mill-funzjonalitajiet tagħha hija l-kapaċità li taqsam u tintegra l-viżwalizzazzjonijiet f’websajts tal-mezzi ta’ komunikazzjoni, gazzetti u midja soċjali. Il-paġna toffri aċċess interattiv b’użu faċli għal dejta ekonomika bħal rati tal-imgħax, indikaturi tal-kompetittività u karti tal-bilanċ tal-industrija bankarja.
L- ECBstatsApp tipprovdi aċċess rapidu u faċli għal dejta ppubblikata fl-i Statistical Data Warehouse tal-BĊE għal tablets li jaħdmu bis-sistemi iOS u Android. Toffri viżwalizzazzjonijiet definiti minn qabel ta’ dejta f’erba’ taqsimiet: indikaturi ewlenin taż-żona tal-euro, finanzi tal-gvern, rati tal-kambju u prezzijiet. Għandha wkoll data explorer biex tkun tista’ tinnaviga fihom u f’dejta oħra skont il-kategorija ekonomika. Tista’ tara l-aħħar statistika disponibbli f’tabelli, grafika u mapep, issejvjata f’għażliet speċifiċi ta’ dejta, jew tista’ tesportaha u taqsamha ma’ oħrajn f’diversi formati.
“Statistika tal-aqwa kwalità hija s-sinsla kemm tal-politika monetarja kif ukoll tas-superviżjoni bankarja,” qalet il-membru tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE Sabine Lautenschläger. “Għalhekk huwa importanti li l-istatistika tal-BĊE tkun aċċessibbli kemm jista’ jkun biex il-pubbliku jkun jista’ jsegwi d-diskussjoni dwar il-politika li tkun qiegħda titħaddem. Iż-żewġ inizjattivi huma kruċjali f’dan ir-rigward.”
ECBstatsApp u “L-istatistika tagħna” jitħaddmu permezz ta’ SDMX, inizjattiva li tkattar l-istandards għall-iskambju ta’ tagħrif statistiku u li hija sponsorjata mill-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, il-BĊE, l-Eurostat, il-Fond Monetarju Internazzjonali, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiku, in-Nazzjonijiet Uniti u l-Bank Dinji.
Iż-żewġ inizjattivi jużaw parti mill-istatistika ppubblikata mill-BĊE fl-i Statistical Data Warehouse tiegħu.
Tista’ tidħol fil-websajt “L-istatistika tagħna” minn https://www.euro-area-statistics.org. Id-dejta tinsab ukoll fil- European Union Open Data Portal, portal b’aċċess uniku għal dejta tal-istituzzjonijiet u korpi oħra tal-Unjoni Ewropea (https://open-data.europa.eu).
ECBstatsApp hija disponibbli bla ħlas mill-Google Play store u iTunes:
Google Play: https://play.google.com/store/apps/details?id=com.ecb.stat
iTunes: https://itunes.apple.com/us/app/ecbstatsapp/id933992912?ls=1&mt=8
Għal aktar tagħrif tista’ ċċempel lil Stefan Ruhkamp (+49 69 1344 5057).