Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (b’żieda mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Ottubru 2011

Operazzjonijiet tas-suq

Dettalji tal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament bejn Ottubru 2011 u Lulju 2012

Fis-6 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv ħa bosta deċiżjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin u għal żmien itwal tal-Eurosistema kif ukoll mal-proċeduri ta’ sejħa għall-offerti użati għal dawn l-operazzjonijiet. Tagħrif iżjed dettaljat jinsab fl-istqarrija għall-istampa ppubblikata fil-websajt tal-BĊE dakinhar.

Tnedija tat-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti

Fis-6 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti u ħabbar uħud mill-karatteristiċi ewlenin tiegħu. Aktar dettalji dwar il-modalitajiet tiegħu għandhom jitħabbru f’Novembru 2011. Stqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Is-sistemi ta’ pagament u l-infrastruttura tas-suq

Żviluppi fil-proġett TARGET2-Securities (T2S)

Fit-22 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv ħatar lis-Sur Kristian Kjeldsen, Kap tas-Sistemi ta’ Pagament tad-Danmarks Nationalbank, bħala membru sostitut tal-Bord tal-Programm T2S. Il-Bord tal-Programm T2S twaqqaf fid-19 ta’ Marzu 2009 biex jgħin lill-korpi deċiżjonali tal-BĊE jiżguraw li l-proġett T2S jitlesta b’suċċess.

Fl-20 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li t-T2S kellu jidħol fis-seħħ disa’ xhur wara dak li kien maħsub – i.e. f’Ġunju 2015 minflok f’Settembru 2014. Il-Kunsill Governattiv iddeċieda wkoll li jtawwal id-data tal-għeluq għall-iffirmar tal-Ftehim Qafas. Iżjed ’il quddiem għandu jkun hemm aktar tagħrif dwar dan fil-websajt tal-BĊE.

Emendi għal-Linja Gwida dwar TARGET2

Fl-14 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida BĊE/2011/15 li temenda l-Linja Gwida BĊE/2007/2 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). Il-Linja Gwida, li fost l-oħrajn tqis l-aġġornamenti meħtieġa mit-TARGET2 release 5.0, se tibda torbot mill-21 ta' Novembru 2011.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar abbozz ta’ provvediment ta’ Česká národní banka dwar ir-riżervi minimi

Fit-30 ta’ Settembru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba minn Česká národní banka (CON/2011/75).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-riforma tal-iskema Olandiża ta’ garanzija tad-depożiti

Fl-4 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni bi tweġiba għal konsultazzjoni pubblika li saret mill-Ministeru tal-Finanzi Olandiż dwar ir-riformi tal-iskema Olandiża ta’ garanzija tad-depożiti (CON/2011/76).

Opinjoni tal-BĊE dwar sanzjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-euro kontra l-falsifikazzjoni fis-Slovenja

Fis-7 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven (CON/2011/78).

Opinjoni tal-BĊE dwar garanzija tal-Istat Belġjan li tkopri ċertu self mogħti lil Dexia SA u Dexia Crédit Local SA

Fit-13 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Belġjan (CON/2011/79).

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-reġistru tar-rendikonti finanzjarji fis-Slovakkja

Fl-14 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Slovakk (CON/2011/80).

Opinjoni tal-BĊE dwar bidliet fir-regoli applikabbli għal bonds ipotekarji u muniċipali fis-Slovenja

Fis-17 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Sloven (CON/2011/81).

Opinjoni tal-BĊE dwar garanzija tal-Istat tal-Lussemburgu li tkopri ċertu self mogħti lil Dexia SA u Dexia Crédit Local SA

Fit-18 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Banque centrale du Luxembourg (CON/2011/82).

Opinjoni tal-BĊE dwar miżuri għal intervent bikri u emendi għar-reġim tar-riżoluzzjoni u stralċ għal istituzzjonijiet finanzjarji u ta’ kreditu suġġetti għas-superviżjoni mill-Banco de Portugal

Fid-19 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi Portugiż (CON/2011/83).

Kooperazzjoni Internazzjonali u Ewropea

Estensjoni tal-programm ta’ kooperazzjoni tal-Eurosistema mal-Bank Ċentrali tal-Eġittu

Fit-13 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv approva l-estensjoni tal-programm ta’ kooperazzjoni tal-Eurosistema mal-Bank Ċentrali tal-Eġittu, li issa se jintemm fil-31 ta’ Marzu 2012. Dan il-programm għandu l-għan li jgħin lill-Bank Ċentrali tal-Eġittu jadotta gradwalment il-qafas Basel II.

Governanza korporattiva

Opinjoni tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew dwar rakkomandazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-ħatra ta’ membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Fis-6 ta’ Ottubru 2011 il-Kunsill Governattiv adotta din l-Opinjoni wara talba tal-President tal-Kunsill Ewropew (CON/2011/77).

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja