Kaxxiera professjonali

Il-kaxxiera professjonali jinkludu impjegati tal-banek kummerċjali, l-uffiċċji tal-posta u organizzazzjonijiet oħra li jipproċessaw il-flus kontanti u joħorġuhom għall-pubbliku. Xogħolhom huwa li jiċċekkjaw il-karti tal-flus u l-muniti, u li jgħassu għall-flus foloz.

Proċessar tal-karti tal-flus

Il-banek ċentrali nazzjonali jittestjaw regolarment apparat li jipproċessa l-karti tal-flus permezz ta’ għażla ta’ karti tal-flus foloz li sikwit jidhru fiċ-ċirkolazzjoni. Il-BĊE jippubblika lista tal-apparat u l-magni li jkunu għaddew mit-test sabiex jgħin lill-kaxxiera u l-bejjiegħa jagħżlu l-apparat li jkollhom bżonn għall-verifika tal-karti tal-euro.

Materjal għat-taħriġ

Il-BĊE fassal għodod li għandhom ikunu ta’ għajnuna għall-kaxxiera professjonali. L-għodod jiddeskrivu l-karatteristiċi ta’ sigurtà tal-ewwel u t-tieni sensiela ta’ karti tal-euro u jfissru kif il-karti tal-flus jistgħu jiġu vverifikati għall-awtentiċità.


Programm ta’ sħubija

Il-Programm ta’ Sħubija joffri lill-manifatturi u l-fornituri ta’ apparat li jipproċessa l-karti tal-flus, kif ukoll lill-klijenti u l-utenti, firxa ta’ għodod edukattivi li jgħinuhom iħejju ruħhom għall-ħruġ tal-karti tal-flus tas-sensiela Europa.