Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fis-17 ta’ Ottubru 2014

21 ta' Ottubru 2014

Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Ottubru 2014 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) baqgħu l-istess.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 227.3 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli.

Fil-ġimgħa li għaddiet l-Eurosistema m’għamlet ebda tranżazzjoni għall-provediment ta’ likwidità fir-rigward tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 367.9 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) naqsu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 972.9 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) żdiedu bi EUR 3.1 biljun għal EUR 75.6 biljun.

Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas bi EUR 13.4 biljun għal EUR 470.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Ottubru 2014 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 84.2 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 82.5 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.

Matul il-ġimgħa ġew rimborżati EUR 5.9 biljun mill- operazzjonijiet ta’ rifinanzjament għal żmien itwal qabel id-data tal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) baqa’ kważi l-istess, EUR 0.1 biljun, filwaqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 29 biljun (imqabbel ma’ EUR 23.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) naqsu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 191.2 biljun. Dan it-tnaqqis kien dovut għat-titoli mifdija li kienu ġew akkwistati fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli u fl-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-17 ta’ Ottubru 2014 il-valur tax-xiri akkumulat fil-Programm tas-Swieq tat-Titoli kien ta’ EUR 146.4 biljun filwaqt li l-valuri tal-portafolli miżmuma fl-ewwel u t-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti kienu ta’ EUR 31.4 biljun u EUR 13.5 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset b’EUR 19.8 biljun għal EUR 184.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,531 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 262,374 −586
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 84,300 4
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
178,074 −590
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,177 −1,556
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 20,744 −370
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 20,744 −370
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 499,224 −7,536
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 82,518 −1,695
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 416,581 −5,855
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 125 13
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 0 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 65,598 −54
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 559,090 −2,003
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 191,240 −2,806
7.2 Titoli oħra 367,850 803
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 26,727 0
9 Assi oħra 234,260 −854
Assi Totali 2,029,725 −12,959
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 972,948 −1,350
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 213,852 −13,944
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 184,784 −19,844
2.2 Faċilità ta’ depożitu 29,045 5,940
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 23 −40
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,699 −75
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 108,549 5,329
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 75,637 3,067
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 32,913 2,262
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 36,835 −2,299
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,084 −114
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 5,681 −1,821
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 5,681 −1,821
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 55,494 0
10 Passiv ieħor 219,733 1,315
11 Kont tar-rivalutazzjoni 315,537 0
12 Kapitali u riżervi 95,312 0
Total tal-passiv 2,029,725 −12,959
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja