European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-24 ta’ Diċembru 2010

28 ta' Diċembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Diċembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 1 miljun f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ix-xiri nett ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 176.4 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Diċembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 75 miljun USD 75 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.1 biljun għal EUR 325.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 8.5 biljun għal EUR 842.3 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 9.3 biljun għal EUR 79.7 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 41.8 biljun għal EUR 384.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Diċembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  187.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 193.5 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 72 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 72.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 23 ta’ Diċembru 2010, immaturaw operazzjonijiet ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 200.9 biljun, b’maturitajiet ta’ tlieta u tnax-il xahar, u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 149.5 biljun, b’maturità ta’ tliet xhur. Fl-istess jum, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 20.6 biljun, b’maturità ta’ 13-il jum.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 134.5 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Diċembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 73.5 biljun u EUR 60.9 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 55.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 40.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 60.6 biljun għal EUR 206.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,384 1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 220,176 573
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 70,236 887
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,940 −314
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 25,955 660
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,084 −546
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,084 −546
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 513,127 −25,703
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 193,470 5,656
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 298,217 −51,457
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 20,623 20,623
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 804 −536
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 14 12
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,049 4,595
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 459,550 3,199
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 134,484 1,128
7.2 Titoli oħra 325,065 2,071
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,969 0
9 Assi oħra 276,859 −1,857
Assi Totali 1,926,154 −19,078
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 842,295 8,466
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 334,700 −44,517
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 206,123 −60,581
2.2 Faċilità ta’ depożitu 55,371 15,050
2.3 Depożiti fissi 72,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 706 514
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 2,528 415
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 87,656 9,409
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 79,747 9,344
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,909 65
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 44,692 1,471
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,651 322
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,381 394
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,381 394
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 169,657 4,961
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,188 0
Total tal-passiv 1,926,154 −19,078
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja