European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-19 ta’ Novembru 2010


23 ta' Novembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Novembru 2010, iż-żieda ta’ EUR 2 miljuni f’deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irriflettiet ir-riżultat nett ta’ negozjar fil-qasam tal-muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.1 biljun għal EUR 177 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Operazzjonijiet straordinarji:
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
18 ta’ Novembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 8 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 65 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 317.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 812.8 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 23.5 biljun għal EUR 101.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 9.9 biljun għal EUR 421.6 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  175 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 186 biljun. Nhar l-Erbgħa, 17 ta’ Novembru 2010 wkoll, immaturat operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 12.6 biljun, b’maturità ta 6 ijiem. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 64 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 65 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 672.1 miljun għal EUR 126.8 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 713.3 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u transazzjonijiet li mmaturaw f’ammont ta’ EUR 41.2 miljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fid-19 ta’ Novembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 65.8 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 3.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 2.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 28.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 20.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 22.8 biljun għal EUR 222.2 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,412 2
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 220,299 696
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,704 −30
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
150,595 726
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,418 −407
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,708 357
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,708 357
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 515,548 −251
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 186,033 10,999
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 326,098 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −12,552
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 3,415 1,303
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,794 529
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 444,025 3,334
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 126,773 672
7.2 Titoli oħra 317,252 2,662
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,977 0
9 Assi oħra 267,207 5,148
Assi Totali 1,888,388 9,409
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 812,762 −1,737
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 316,159 −13,162
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 222,228 −22,833
2.2 Faċilità ta’ depożitu 28,900 8,691
2.3 Depożiti fissi 65,000 1,000
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 30 −20
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 4,023 112
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,963 23,431
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 101,649 23,476
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,315 −44
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,992 217
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 859 39
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,242 189
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,242 189
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 164,794 321
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,189 −2
Total tal-passiv 1,888,388 9,409
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja