Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-12 ta’ Novembru 2010

16 ta' Novembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Novembru 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 3 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2009).

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 176.9 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Operazzjonijiet straordinarji:
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
12 ta’ Novembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 6 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 65 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 314.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.8 biljun għal EUR 814.5 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.8 biljun għal EUR 78.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied b’EUR 47.9 biljun għal EUR 431.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Novembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  178.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 175 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 52.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 63.6 biljun. Nhar il-Ħamis, 11 ta’ Novembru 2010 immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 35.7 biljun. Nhar l-Erbgħa, 10 ta’ Novembru 2010, ġiet regolata operazzjoni ta’ rfinar għall-provvediment ta’ likwidità ta’ EUR 12.6 biljun, b’maturità ta 6 ijiem. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 63.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 64 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 126.1 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fit-12 ta’ Novembru 2010, il-valur tax-xiri akkumulat skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll miżmum skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 65.1 biljun u EUR 61 biljun rispettivament. Taż-żewġ portafolji jingħata kont abbażi tal-fatt li jinżammu sal-maturità.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 2.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 20.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 81.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 55.1 biljun għal EUR 245.1 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 334,409 −3
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 219,603 −649
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 69,734 −87
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
149,869 −563
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 23,825 116
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 19,351 311
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 19,351 311
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 515,799 −13,072
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 175,035 −3,316
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 326,098 −24,287
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 12,552 12,552
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 2,112 1,981
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 2 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 28,265 −88
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 440,691 2,025
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 126,101 1,073
7.2 Titoli oħra 314,590 953
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 34,977 0
9 Assi oħra 262,059 3,986
Assi Totali 1,878,979 −7,374
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 814,499 −1,810
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 329,321 −5,941
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 245,061 55,053
2.2 Faċilità ta’ depożitu 20,209 −61,523
2.3 Depożiti fissi 64,000 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 50 29
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 3,911 910
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 84,532 −2,553
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 78,173 −2,761
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,359 207
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,775 −1,108
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 820 −533
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,052 334
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,052 334
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,665 0
10 Passiv ieħor 164,473 3,328
11 Kont tar-rivalutazzjoni 296,740 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,878,979 −7,374

Kuntatti midja