Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-24 ta’ Settembru 2010

28 ta' Settembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Settembru 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 191.3 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
23 ta’ Settembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.8 biljun għal EUR 306.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 812 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 15.2 biljun għal EUR 104.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 19.6 biljun għal EUR 446.8 biljun. Nhar l-Erbgħa, 22 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  151.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 153.8 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61.5 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 84.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 61.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv), żdiedu b’EUR 97 miljun għal EUR 122.8 biljun. Dan minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 134 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli, liema xiri kkompensa fil-wisa’ l-bonds, f’ammont ta’ EUR 37 miljun, li mmaturaw u li kienu nxtraw skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fl-24 ta’ Settembru 2010 il-valur tal-portafoll tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 61.7 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 31.3 biljun għal EUR 221 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,948 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 236,264 −187
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 73,860 −127
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,404 −60
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,698 −536
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,321 −168
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,321 −168
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 592,503 3,411
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 153,771 2,197
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 437,465 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,200 1,200
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 67 15
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,580 −2,436
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 429,284 943
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 122,773 97
7.2 Titoli oħra 306,511 846
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,042 0
9 Assi oħra 253,715 −153
Assi Totali 1,971,356 874
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 812,017 −2,194
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 366,699 −8,265
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 221,025 −31,270
2.2 Faċilità ta’ depożitu 84,118 22,525
2.3 Depożiti fissi 61,500 500
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 55 −20
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,462 −182
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 111,463 14,969
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 104,595 15,241
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,869 −271
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,404 302
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,140 1,140
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 13,833 −1,553
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 13,833 −1,553
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 159,618 −3,343
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,971,356 874

Kuntatti midja