European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-17 ta’ Settembru 2010

21 ta' Settembru 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Settembru 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 22 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb) għall-ħruġ ta’ muniti tad-deheb kommemorattivi.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.5 biljun għal EUR 191.6 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
16 ta’ Settembru 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 60 miljun USD 60 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 305.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 814.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 89.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 15.6 biljun għal EUR 466.4 biljun. Nhar l-Erbgħa, 15 ta’ Settembru 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  153.7 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 151.6 biljun. Fl-istess jum, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 61 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 61 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 61.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 49.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 323 miljun għal EUR 122.7 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li ntemmet fis-17 ta’ Settembru 2010 il-valur tal-portafoll tal-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 61.6 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 9.1 biljun għal EUR 252.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,948 −22
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 236,452 −273
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 73,987 516
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
162,465 −790
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,234 74
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,489 −321
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,489 −321
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 589,092 −3,107
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 151,574 −2,080
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 437,465 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 0 −1,024
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 52 −3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 30,016 −697
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 428,341 2,045
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 122,676 323
7.2 Titoli oħra 305,665 1,722
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,041 0
9 Assi oħra 253,868 −471
Assi Totali 1,970,482 −2,773
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 814,211 −1,740
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 374,964 3,428
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 252,295 −9,108
2.2 Faċilità ta’ depożitu 61,594 12,523
2.3 Depożiti fissi 61,000 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 75 13
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,644 −76
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 96,494 −3,267
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 89,354 −3,572
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,140 305
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,102 378
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,000 29
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,386 −733
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 15,386 −733
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 162,961 −792
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,970,482 −2,773
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja