European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rendikont finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-27 ta’ Awwissu 2010

31 ta' Awissu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-27 ta’Awwissu 2010, id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9) naqset b’EUR 0.2 biljun għal EUR 191 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal- portafoll u operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidita` f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
26 ta’Awwissu 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidita` f’dollari Amerikani USD 35 miljun USD 40 miljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidita` tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġament dwar il-muniti, reċiproku u temporanju (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal- Federal Reserve System.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 299.7 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkulazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 2.2 biljun għal EUR 813.4 biljun. L-obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 22.2 biljun għal EUR 101.1 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 25.3 biljun għal EUR 427.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 25 ta’Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta' EUR 155.2 biljun u ġiet issetiljata waħda ġdida ta’ EUR 150.3 biljun. Fl-istess data, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 60.5 biljun, b’maturita` ta’ ġimgħa. Nhar il-Ħamis, 26 ta’Awwissu 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 12.2 biljun u u ġiet issetiljata waħda ġdida ta’ EUR 19.1 biljun.

Ir-rikors għall- faċilita` ta’ self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilita` ta’ depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 102.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 74.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 142 miljun għal EUR 121.9 biljun b’riżultat ta’ xiri ssetiljat skont il-Programm għas-Swieq tat-Titoli. Għalhekk, fil-ġimgħa li spiċċat fis-27 ta’Awwissu 2010, il-valur tal- portafoll tal-Programm għas-Swieq tat-Titoli u tal-portafoll tal-programm ta’ xiri ta’ bonds koperti ammonta għal EUR 60.8 biljun u EUR 61.1 biljun rispettivament.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 45.6 biljun għal EUR 191.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 351,970 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 235,404 1,367
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 73,791 −144
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
161,612 1,511
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,350 −691
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,418 31
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 18,418 31
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 590,512 3,093
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 150,315 −4,912
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 438,709 6,918
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1,427 1,086
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 60 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 34,168 −3,361
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 421,613 1,332
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 121,943 142
7.2 Titoli oħra 299,670 1,190
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,041 0
9 Assi oħra 241,451 90
Assi Totali 1,957,926 1,862
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 813,429 −2,225
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 355,207 −17,214
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 191,947 −45,629
2.2 Faċilità ta’ depożitu 102,698 28,517
2.3 Depożiti fissi 60,500 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 62 −103
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 1,596 −384
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 107,959 22,135
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 101,114 22,152
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 6,846 −17
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 39,203 −1,770
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 988 −79
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,024 969
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,024 969
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 159,800 430
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 1,957,926 1,862
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja