Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tad-9 ta’ Lulju 2010

13 ta' Lulju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fid-9 ta’ Lulju 2009 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 191.1 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 470 miljun għal EUR 297.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.4 biljun għal EUR 818.8 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 14.9 biljun għal EUR 100.8 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 46.6 biljun għal EUR 370.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 7 ta’ Lulju 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  162.9 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 229.1 biljun. Fl-istess data, immaturat operazzjoni ta’ rfinar li pprovdiet likwidità ta’ EUR 111.2 biljun. Nhar l-Erbgħa 7 ta’ Lulju wkoll, immaturaw depożiti fissi f’ammont ta’ EUR 31.9 biljun u nġabru depożiti ġodda f’ammont ta’ EUR 59 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.5 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 205.5 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 231.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 832 miljun għal EUR 120.9 biljun minħabba ħlas lura ta’ xiri ta’ EUR 796.5 miljun skond il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u ta’ EUR 35.5 miljun skond il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti denominati f’euro.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 33.6 biljun għal EUR 126.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 352,092 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 234,242 1,603
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 74,040 −38
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
160,202 1,641
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 30,780 −564
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,545 662
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,545 662
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 635,009 −45,567
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 229,070 66,158
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 405,927 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 −111,237
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1 −482
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 10 −5
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 43,009 −762
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 418,037 1,302
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 120,894 832
7.2 Titoli oħra 297,143 470
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,037 −48
9 Assi oħra 238,995 −1,690
Assi Totali 2,004,747 −45,063
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 818,831 2,361
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 391,437 −32,595
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 126,783 −33,597
2.2 Faċilità ta’ depożitu 205,544 −26,173
2.3 Depożiti fissi 59,000 27,134
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 109 40
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 645 −173
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 108,907 −14,934
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 100,829 −14,872
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,078 −62
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 42,190 307
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 915 −11
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,281 800
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 16,281 800
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 56,711 0
10 Passiv ieħor 161,822 −818
11 Kont tar-rivalutazzjoni 328,818 0
12 Kapitali u riżervi 78,191 0
Total tal-passiv 2,004,747 −45,063

Kuntatti midja