European Central Bank - eurosystem
Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ April 2010

4 ta' Mejju 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ April 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) baqgħet prattikament kif kienet fil-livell ta’ EUR 170.3 biljun.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.9 biljun għal EUR 304.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 5.3 biljun għal EUR 798.1 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 24.9 biljun għal EUR 104.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 26.6 biljun għal EUR 492 biljun. Nhar l-Erbgħa, 28 ta’ April 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  70.2 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 75.6 biljun. Nhar il-Ħamis, 29 ta’ April 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 3.3 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 4.8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.8 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 251.6 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 217.4 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 50.2 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-30 ta’ April 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 6.6 biljun għal EUR 197.5 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 286,699 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 211,695 2,419
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 66,517 −91
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
145,178 2,510
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 27,216 −825
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,503 166
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,503 166
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 743,631 7,694
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 75,597 5,369
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 667,245 1,575
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 754 752
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 36 −2
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 32,748 13
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 354,744 2,617
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 50,243 1,697
7.2 Titoli oħra 304,501 920
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 35,576 −544
9 Assi oħra 247,007 2,017
Assi Totali 1,956,819 13,560
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 798,145 5,299
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 449,106 27,632
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 197,496 −6,615
2.2 Faċilità ta’ depożitu 251,609 34,247
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 489 −186
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 113,086 −24,718
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 104,944 −24,935
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,142 217
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,120 3,923
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,077 71
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,466 1,478
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 14,466 1,478
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 53,033 0
10 Passiv ieħor 161,435 59
11 Kont tar-rivalutazzjoni 249,205 0
12 Kapitali u riżervi 76,657 1
Total tal-passiv 1,956,819 13,560
KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja