Rapport Finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta' Marzu 2010

30 ta' Marzu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Marzu 2010, it-tnaqqis ta’ EUR 1 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ muniti tad-deheb minn bank ċentrali tal-Eurosistema.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.2 biljun għal EUR 161.3 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 1.6 biljun għal EUR 299.4 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 3.6 biljun għal EUR 791.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 6.7 biljun għal EUR 120.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 16.8 biljun għal EUR 511.5 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Marzu 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  79 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 81 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 213.9 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 195.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.1 biljun għal EUR 43.5 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Marzu 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 23.2 biljun għal EUR 199.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 −1
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 198,591 566
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 64,350 115
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
134,241 451
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,461 86
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,658 −468
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,658 −468
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 725,409 1,982
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 81,062 2,030
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 644,314 1
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 1 −52
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 33 4
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 27,156 1,726
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 342,936 2,678
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 43,548 1,106
7.2 Titoli oħra 299,388 1,572
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,147 10
9 Assi oħra 253,620 −1,396
Assi Totali 1,894,898 5,185
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 791,340 3,615
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 413,837 −4,381
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 199,900 −23,180
2.2 Faċilità ta’ depożitu 213,935 18,798
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 3 1
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 774 185
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 128,247 6,644
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 120,213 6,722
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,034 −78
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 37,626 −234
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,632 81
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,910 351
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,910 351
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 160,636 −2,468
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 76,433 1,390
Total tal-passiv 1,894,898 5,185

Kuntatti midja