Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-26 ta’ Frar 2010

2 ta' Marzu 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Frar 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1.3 biljun għal EUR 160.7 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 297.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.5 biljun għal EUR 784.3 biljun. L-obbligazzjionijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 2.7 biljun għal EUR 126.2 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 8.0 biljun għal EUR 524.2 biljun. Nhar l-Erbgħa, 24 ta’ Frar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  82.0 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 81.4 biljun. Nhar il-Ħamis, 25 ta’ Frar 2010, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament fuq żmien itwal ta’ EUR 2.1 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 10.2 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 202.7 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 187.0 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.4 biljun għal EUR 38.7 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fis-26 ta’ Frar 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 8.0 biljun għal EUR 199.8 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 197,574 1,875
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 64,410 1,363
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,164 511
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 28,265 −583
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 15,379 −1,893
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 15,379 −1,893
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 726,910 7,740
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 82,023 −514
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 644,680 8,137
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 178 116
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 29 1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,724 −877
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 335,796 1,944
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 38,744 1,352
7.2 Titoli oħra 297,052 591
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,121 0
9 Assi oħra 255,328 −59
Assi Totali 1,889,017 8,146
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 784,287 1,486
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 402,497 7,721
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 199,828 −7,970
2.2 Faċilità ta’ depożitu 202,669 15,694
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −4
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 570 143
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 134,298 2,772
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 126,177 2,722
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,121 50
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,504 542
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 1,861 −954
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 12,055 909
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 12,055 909
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 166,519 −4,960
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 74,965 488
Total tal-passiv 1,889,017 8,146

Kuntatti midja