Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tal-5 ta’ Frar 2010

9 ta' Frar 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Frar 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 0.3 biljun għal EUR 159 biljun minħabba t-transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura
3 ta’ Frar 2010 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 817.7 miljun

Kif tħabbar fit-18 ta’ Jannar 2010, b'seħħ mill-31 ta’ Jannar 2010 l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri m’għadhomx qed isiru.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 297.8 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 785.2 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 21.9 biljun għal EUR 113.4 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 71.7 biljun għal EUR 489.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 3 ta’ Frar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  63.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 55.8 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 0.1 biljun (bejn wieħed u ieħor l-istess bħal fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 229.4 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 165.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1.3 biljun għal EUR 34.8 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fil-5 ta’ Frar 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 50.3 biljun għal EUR 169.3 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 194,525 732
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,843 −5
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
131,682 737
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 29,034 760
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 17,761 −331
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 17,761 −331
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 718,663 −7,648
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 56,433 −7,610
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 662,159 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 51 −37
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 20 0
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,927 222
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 332,625 1,437
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 34,804 1,272
7.2 Titoli oħra 297,821 165
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,121 −50
9 Assi oħra 251,925 1,723
Assi Totali 1,874,500 −3,155
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 785,231 1,687
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 398,616 13,814
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 169,253 −50,281
2.2 Faċilità ta’ depożitu 229,363 64,101
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 0 −7
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 491 49
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 121,609 −21,954
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 113,350 −21,881
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,259 −73
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 40,034 −211
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 2,902 184
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 10,439 1,045
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 10,439 1,045
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 169,680 2,225
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 74,036 8
Total tal-passiv 1,874,500 −3,155

Kuntatti midja