Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema
tat-8 ta’ Jannar 2010

12 ta' Jannar 2010

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Jannar 2010 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.

Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 0.7 biljun għal EUR 162.1 biljun minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani.

Transazzjonijiet straordinarji
Data tal-valur Tip ta’ transazzjoni Ammont li mmatura Ammont ġdid
6 ta’ Jannar 2010 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri CHF 2.7 biljun -
6 ta’ Jannar 2010 Swap f’kambju barrani EUR/CHF ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità fi franki Svizzeri - CHF 2.9 biljun
7 ta’ Jannar 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 15-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 5.5 biljun -
7 ta’ Jannar 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani USD 1 biljun -
7 ta’ Jannar 2010 Transazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani - USD 5.4 biljun

It-transazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema għal dak li għandu x’jaqsam mal-arranġamenti dwar il-muniti, reciproċi u temporanji (linji swap), li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mas-Swiss National Bank u mal-Federal Reserve System. L-operazzjoni swap f’kambju barrani EUR/CHF ma kellha ebda effett fuq il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija.

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli, minbarra dawk miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.2 tal-attiv), żdiedu b’EUR 0.7 biljun għal EUR 300.5 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 10.1 biljun għal EUR 796.4 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.6 biljun għal EUR 114.9 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 tal-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 90.9 biljun għal EUR 496.9 biljun. Nhar l-Erbgħa, 6 ta’ Jannar 2010, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR  78.6 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 54 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 tal-attiv) kien prattikament xejn (meta mqabbel ma’ EUR 1.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 227.1 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 162.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja (il-partita nru. 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 0.3 biljun għal EUR 29.1 biljun fil-ġimgħa li ntemmet fit-8 ta’ Jannar 2010.

Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 72.8 biljun għal EUR 160.7 biljun.

Kwistjonijiet oħra

Ta' min isemmi li ġew aġġornati xi partiti tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema ta' kull ġimgħa tal-1 ta’ Jannar 2010 (ippubblikat fis-6 ta’ Jannar 2010), minħabba li żewġ banek ċentrali tal-Eurosistema bagħtu karti tal-bilanċ riveduti, għalkemm il-bidliet ma kienux ta’ importanza.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 266,919 0
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 196,138 659
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 62,816 17
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
133,322 642
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 31,434 −717
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 16,190 992
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 16,190 992
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 724,030 −25,859
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 54,652 −24,624
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 669,303 5
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 46 −1,243
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 30 3
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 26,890 609
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 329,637 985
7.1 Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja 29,112 330
7.2 Titoli oħra 300,526 656
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 36,171 10
9 Assi oħra 252,181 −2,009
Assi Totali 1,879,590 −25,331
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 796,391 −10,131
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 387,831 −7,783
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 160,684 −72,807
2.2 Faċilità ta’ depożitu 227,141 65,024
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 6 0
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 497 157
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 123,371 −6,362
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 114,933 −5,562
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 8,438 −800
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 46,338 −421
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 4,710 678
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 9,560 −56
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 9,560 −56
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 51,249 0
10 Passiv ieħor 166,468 −1,374
11 Kont tar-rivalutazzjoni 220,213 0
12 Kapitali u riżervi 72,962 −39
Total tal-passiv 1,879,590 −25,331

Kuntatti midja