Rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema tal-15 ta’ April 2008

15 ta' April 2008

Rimarki introduttorji

Iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali f’wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema, li ma ppermettewx lil dak il-bank ċentrali jipproduċi l-karta tal-bilanċ tiegħu tas-7 ta’ Marzu, ta’ l-14 ta’ Marzu, tal-21 ta’ Marzu, tat-28 ta’ Marzu u ta’ l-4 ta’ April 2008, lanqas ma ppermettew il-produzzjoni tal-karta tal-bilanċ tal-11 ta’ April 2008. Għalhekk, ir-rapport finanzjarju konsolidat ta’ l-Eurosistema ta’ din il-ġimgħa jirrifletti l-iżjed informazzjoni reċenti dwar il-karta tal-bilanċ ipprovduta mill-bank ċentrali ta’ l-Eurosistema kkonċernat, jiġifieri r-rapport finanzjarju tiegħu tad-29 ta’ Frar 2008.

Partiti li m’għandhomx x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Fil-ġimgħa li ntemmet fil-11 ta’ April 2008, it-tnaqqis ta’ EUR 38 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita nru. 1 ta’ l-attiv) irrifletta l-bejgħ ta’ deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali ta’ l-Eurosistema (skond il-Ftehim tal-Banek Ċentrali dwar id-Deheb li daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Settembru 2004).

Il-pożizzjoni netta ta’ l-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti nru. 2 u 3 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 9.5 biljun għal EUR 153.5 biljun minħabba operazzjoni li pprovdiet likwidità f’dollari Amerikani, li ġiet regolata fl-10 ta’ April 2008 (operazzjoni mmexxija mill-Eurosistema fir-rigward ta’ l-arranġament, reċiproku u temporanju, dwar il-munita (linja swap) bejn il-BĊE u l-Federal Reserve System) u minħabba transazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll.

L-investimenti ta’ Eurosistema ta’ titoli negozjabbli tar-residenti taż-żona ta’ l-euro u denominati f’euro (il-partita nru. 7 ta’ l-attiv) baqgħu prattikament l-istess jiġifieri EUR 109.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita nru. 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.2 biljun għal EUR 662.3 biljun. L- obbligazzjonijiet lejn l-amministrazzjoni pubblika (il-partita nru. 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 67.6 biljun.

Partiti li għandhom x’jaqsmu ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja

Is-self nett ta’ l-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita nru. 5 ta’ l-attiv minbarra l-partiti nru. 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 19.4 biljun għal EUR 424.3 biljun. Nhar l-Erbgħa, 9 ta’ April 2008, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 150 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 130 biljun.

Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita nru. 5.5 ta’ l-attiv) kien ta’ EUR 0.2 biljun (meta mqabbel ma’ prattikament xejn fil-ġimgħa ta’ qabel), waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita nru. 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 0.3 biljun (meta mqabbel ma’ EUR 0.6 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).

Kontijiet kurrenti ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona ta’ l-euro

Minħabba t-transazzjonijiet kollha, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom ma’ l-Eurosistema (il-partita nru. 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 19.9 biljun għal EUR 174.9 biljun.

Attiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Deheb u krediti f’deheb 209,697 −38
2 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 136,169 −508
2.1 Ammonti riċevibbli mill-FMI 8,764 68
2.2 Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment
Self barrani u assi oħra barranin
127,405 −576
3 Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 41,747 10,089
4 Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 14,904 145
4.1 Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self 14,904 145
4.2 Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
5 Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro 424,987 −19,579
5.1 Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament 131,649 −19,771
5.2 Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal 293,110 0
5.3 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
5.4 Reverse operations ta’ tip strutturali 0 0
5.5 Faċilità ta’ self marġinali 195 193
5.6 Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali 33 −1
6 Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 35,171 989
7 Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 109,597 −15
8 Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro 38,614 0
9 Assi oħra 350,896 −656
Assi Totali 1,361,782 −9,573
Passiv (EUR miljuni) Bilanċ Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ
1 Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni 662,330 −231
2 Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro 175,545 −20,080
2.1 Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) 174,879 −19,867
2.2 Faċilità ta’ depożitu 321 −270
2.3 Depożiti fissi 0 0
2.4 Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning 0 0
2.5 Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali 345 57
3 Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 213 4
4 Ċertifikati ta’ dejn maħruġa 0 0
5 Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 75,126 −1,218
5.1 L-amministrazzjoni pubblika 67,613 −1,220
5.2 Obbligazzjonijiet oħra 7,513 2
6 Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 57,408 9,388
7 Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija 797 −419
8 Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro 18,495 516
8.1 Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra 18,495 516
8.2 Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II 0 0
9 Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI 5,148 0
10 Passiv ieħor 139,074 2,466
11 Kont tar-rivalutazzjoni 156,231 0
12 Kapitali u riżervi 71,415 1
Total tal-passiv 1,361,782 −9,573

Kuntatti midja