Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (flimkien mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Lulju 2021

23 ta’ Lulju 2021

Politika monetarja

Eżitu tar-Reviżjoni tal-Istrateġija tal-BĊE

Fis-7 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv approva l-istrateġija l-ġdida tal-politika monetarja tal-BĊE, kif dokumentata fl-istqarrija tal-istrateġija tal-politika monetarja u n-nota ta’ ħarsa ġenerali itwal. L-istrateġija l-ġdida ssegwi reviżjoni bir-reqqa, li tnediet fit-23 ta’ Jannar 2020. L-istqarrija għall-istampa relatata tinsab fil-websajt tal-BĊE. Il-Kunsill Governattiv beħsiebu jivvaluta perjodikament l-adegwatezza tal-istrateġija tal-politika monetarja tiegħu, bil-valutazzjoni li jmiss mistennija fl-2025. Il-Kunsill Governattiv barra minn hekk approva pjan ta’ azzjoni komprensiv, bi pjan direzzjonali ambizzjuż biex ikompli jinkorpora kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima fil-qafas tal-politika tiegħu. Stqarrija għall-istampa speċifika dwar dan tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Operazzjonijiet tas-suq

Żieda ta’ żewġ swieq addizzjonali mhux regolati mal-qafas kollaterali tal-Eurosistema

Fil-21 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid is-swieq tal-Kambjali tat-Teżor tal-Awstrija u tal-Karta Kummerċjali tal-Awstrija mal-lista kurrenti ta’ swieq mhux regolati aċċettati għal assi eliġibbli bħala kollateral għall-operazzjonijiet tal-politika monetarja tal-Eurosistema. Il-lista ta’ swieq mhux regolati aġġornata dalwaqt se tkun disponibbli fil-websajt tal-BĊE.

Infrastruttura tas-swieq u ħlasijiet

L-Eurosistema tniedi l-fażi ta’ investigazzjoni tal-proġett ta’ euro diġitali

Fl-14 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jniedi l-fażi ta’ investigazzjoni ta’ proġett ta’ euro diġitali. Il-fażi ta’ investigazzjoni se ddum 24 xahar u għandha l-għan li tindirizza kwistjonijiet ewlenin rigward id-disinn u d-distribuzzjoni. Dan mhux se jippreġudika kwalunkwe deċiżjoni futura dwar il-ħruġ possibbli ta’ euro diġitali, li se tiġi biss aktar tard. L-istqarrija għall-istampa dwar din id-deċiżjoni tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Emendi għal Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar it-TARGET2

Fl-20 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv adotta l-Linja Gwida li temenda l-Linja Gwida BĊE/2012/27 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2). Il-linja gwida ta’ emenda tintroduċi s-Single Market Infrastructure Gateway tal-Eurosistema bħala punt ta’ aċċess għat-TARGET Instant Payment Settlement (TIPS) u rekwiżiti ġodda ta’ sigurtà tal-punt aħħari li għandhom jiġu osservati mill-parteċipanti tat-TARGET2. Timplimenta wkoll miżuri ta’ aċċessibbiltà tat-TIPS li jiżguraw firxa pan-Ewropea għal ħlasijiet immedjati kif approvat mill-Kunsill Governattiv f’Lulju 2020. L-emendi għandhom jidħlu fis-seħħ fil-bidu ta’ Novembru 2021. L-att legali aġġornat dalwaqt se jkunu disponibbli fuq l-EUR-Lex.

Opinjonijiet fuq leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE dwar il-parteċipazzjoni tal-Awstrija f’ċerti inizjattivi tal-Fond Monetarju Internazzjonali

Fil-25 ta’ Ġunju 2021 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2021/23 wara talba mill-Ministeru tal-Finanzi Federali tal-Awstrija.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-Reġistru tal-Kreditu Korporattiv fil-Belġju

Fis-16 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2021/24 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Belġju.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije

Fis-16 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2021/28 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Banka Slovenije. Ir-Rakkomandazzjoni dalwaqt se jkun disponibbli fuq l-EUR-Lex.

Rakkomandazzjoni lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España

Fis-16 ta’ Lulju 2021 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2021/29 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Banco de España. Ir-Rakkomandazzjoni dalwaqt se jkun disponibbli fuq l-EUR-Lex.

Superviżjoni Bankarja tal-BĊE

Rapport annwali dwar l-IT u r-riskji ċibernetiċi bħala parti mill-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni tal-2020

Fit-23 ta’ Ġunju 2021 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju li jippubblika r-rapport annwali dwar l-eżitu tal Kwestjonarju dwar ir-Riskju IT (ITRQ) tal-Proċess Superviżorju ta’ Rieżami u Evalwazzjoni 2020 (SREP). L-ITRQ jivvaluta l-ħames kategoriji ta’ riskju tal-IT definiti mill-EBA – riskju ta’ sigurtà tal-IT, riskju ta’ disponibbiltà u kontinwità tal-IT, riskju ta’ bidla fl-IT, riskju ta’ esternalizzazzjoni tal-IT u riskju tal-integrità tad-dejta tal-IT – kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-verifika interna tal-IT u l-governanza tal-IT. Ir-rapport jinsab fis-sit tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

Valutazzjoni komprensiva tal-banek Taljani, Estonjani u Litwani kklassifikati reċentement bħala sinifikanti

Fl-24 ta’ Ġunju 2021 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta mill-Bord Superviżorju biex japprova r-riżultati finali tal-valutazzjoni komprensiva ta’ żewġ banek Taljani, bank Estonjan u bank Litwan. Il-banek kollha li jsiru jew x’aktarx isiru suġġetti għal superviżjoni diretta tal-BĊE huma meħtieġa li jgħaddu minn dan l-eżerċizzju. Il-valutazzjoni komprensiva turi li l-ebda wieħed mill-erba’ banek ma jiffaċċja xi nuqqas kapitali. L-istqarrija għall-istampa relatata tinsab fis-sit tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE.

Il-BĊE jieħu f'idejh is-superviżjoni ta’ impriżi ta' investiment sistemiċi

Fil-25 ta’ Ġunju 2021 il-BĊE ħareġ stqarrija għall-istampa li ħabbret li qed jieħu f'idejh is-superviżjoni tal-ikbar u l-iktar ditti ta’ investiment sistemiċi skont il-leġiżlazzjoni l-ġdida tal-UE, li tapplika mis-26 ta’ Ġunju 2021. Ir-Regolament dwar id-Ditti tal-Investiment u d-Direttiva dwar id-Ditti tal-Investiment jintroduċu qafas ġdid skont liema l-ikbar u l-iktar ditti tal-investiment sistemiċi għandhom japplikaw għal liċenzja bankarja mill-BĊE u għalhekk isiru soġġetti għal superviżjoni bankarja Ewropea. Id-ditti tal-investiment ikklassifikati bħala istituzzjonijiet sinifikanti se jkunu ssorveljati direttament mill-BĊE, filwaqt li dawk ikklassifikati bħala istituzzjonijiet inqas sinifikanti jiġu sorveljati direttament mis-superviżuri nazzjonali.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja