Għażliet tat-Tfixxija
Paġna ewlenija Midja Spjegazzjonijiet Riċerka u Pubblikazzjonijiet Statistika Politika Monetarja L-€uro Ħlasijiet u Swieq Karrieri
Suġġerimenti
Issortja skont

Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE (flimkien mad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu r-rati tal-imgħax)

Ottubru 2018

Sistemi ta’ ħlas u infrastruttura tas-swieq

Rendikonti finanzjarji annwali 2017 TARGET2-Securities (T2S)

Fil-5 ta' Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv approva l-pubblikazzjoni tar-rendikonti finanzjarji annwali 2017 T2S fil-websajt tal-BĊE.

Deċiżjoni tal-BĊE li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar il-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE

Fit-8 ta' Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta d-Deċiżjoni BĊE/2018/24 li temenda d-Deċiżjoni BĊE/2007/7 dwar it-termini u l-kundizzjonijiet tat-TARGET2-BĊE. Id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni

Opinjoni tal-BĊE fuq it-twaqqif ta' database nazzjonali dwar klejms tal-assigurazzjoni fl-Irlanda

Fit-28 ta’ Settembru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/43 wara talba tal-Ministru tal-Finanzi tal-Irlanda.

Opinjoni tal-BĊE dwar ir-regoli li għandhom jiġu segwiti minn istituzzjonijiet ta’ kreditu sistemikament rilevanti meta jiġu definiti politiki ta’ remunerazzjoni fissa fl-Olanda

Fit-23 ta’ Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta l-Opinjoni CON/2018/44 wara talba tal-Ministeru tal-Finanzi tal-Olanda.

Governanza korporattiva

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni tal-Lietuvos bankas

Fl-4 ta’ Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/23 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Lietuvos bankas. Ir-Rakkomandazzjoni ġiet pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u tinsab fil-websajt tal-BĊE.

Rakkomandazzjoni tal-BĊE lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank

Fid-19 ta' Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv adotta r-Rakkomandazzjoni BĊE/2018/25 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ De Nederlandsche Bank. Ir-Rakkomandazzjoni se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-BĊE.

Superviżjoni bankarja

Prijoritajiet superviżorji tal-MSU u Valutazzjoni tar-Riskji tal-MSU għall-2019

Fit-18 ta’ Ottubru 2018 il-Kunsill Governattiv ma oġġezzjonax għal proposta tal-Bord Superviżorju biex jiġi pubblikat sommarju tal-prijoritajiet superviżorji tal-MSU u sommarju tal-Valutazzjoni tar-Riskji tal-MSU għall-2019. Is-sommarji se jiġu ppubblikati fil-websajt tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE.

KUNTATT

Bank Ċentrali Ewropew

Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni

Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.

Kuntatti għall-midja