Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-12 ta’ Awwissu 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-12 ta’ Awwissu 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1) baqgħu l-istess.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 nieqsa l-partiti 7, 8 u 9) naqset b’EUR 0.4 biljun għal EUR 271.4 biljun.
Operazzjonijiet għall-provediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
11 ta' Awissu 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.6 biljun | USD 0.1 biljun |
Dawn it-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2) baqgħu kważi l-istess, EUR 337.6 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1) żdiedu b’EUR 1.2 biljun għal EUR 1,100.4 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1) żdiedu b’EUR 15.2 biljun għal EUR 126.4 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4) naqas b’EUR 15.6-il biljun għal EUR 170.7 biljun. Nhar l-Erbgħa 3 ta’ Awwissu 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita 5.1) ta’ EUR 43 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 41.6 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5) kien kważi xejn (imqabbel ma’ EUR 0.1 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2) kien ta’ EUR 354.8 biljun (imqabbel ma’ EUR 340.7 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1) żdiedu bi EUR 13.3 biljun għal EUR 1,325.6 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita 7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-12 ta’ Awwissu 2016 | Differenza mqabbla mal-5 ta’ Awwissu 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-5 ta’ Awwissu 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 16.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.5 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 188.0 biljun | +EUR 0.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.4 biljun | - | - |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 16.2 biljun | +EUR 1.2 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 968.6 biljun | +EUR 11.4 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 108.4 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita 2.1) naqset b’EUR 11.2 biljun għal EUR 742.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,141 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 307,304 | −1,128 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,244 | −5 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
230,060 | −1,123 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 33,567 | 672 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 17,126 | 524 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 17,126 | 524 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro, relatat mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 525,603 | −1,481 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 41,621 | −1,368 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 483,982 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 0 | −113 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 92,249 | −860 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 1,663,216 | 13,226 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,325,615 | 13,266 | |
7.2 | Titoli oħra | 337,601 | −39 | |
8 | Dejn ġenerali tal-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | 0 | |
9 | Assi oħra | 217,885 | −523 | |
Assi Totali | 3,296,568 | 10,429 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel minħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
It-totali/is-subtotali jistgħu ma jaqblux minħabba t-tqarrib taċ-ċifri. | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,100,410 | 1,181 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,097,340 | 2,898 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 742,466 | −11,208 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 354,840 | 14,090 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 33 | 16 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 3,865 | 225 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 224,995 | 16,056 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 126,394 | 15,167 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 98,601 | 889 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 76,053 | −7,771 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona tal-euro denominati f’munita barranija | 3,121 | −45 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona tal-euro denominati f’euro | 7,845 | −51 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 7,845 | −51 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 202,695 | −2,065 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,835 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,296,568 | 10,429 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja