Rapport konsolidat tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Eurosistema fit-8 ta’ Lulju 2016
Partiti mhux marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fit-8 ta’ Lulju 2016 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita A1) żdiedu b’EUR 1 miljun minħabba x-xiri ta’ muniti tad-deheb li sar minn bank ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti A2 u A3 nieqsa l-partiti P7, P8 u P9) naqset b’EUR 0.3 biljun għal EUR 275.1 biljun. Din il-bidla kienet dovuta għat-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafolli li saru mill-banek ċentrali tal-Eurosistema fil-perjodu analizzat.
Operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
7 ta' Lulju 2016 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.5 biljun | USD 2 biljuni |
Din it-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema permezz tad-dispożizzjoni permanenti dwar swaps li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli negozjabbli mhux miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.2) naqsu b’EUR 2.6 biljun għal EUR 345.3 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita P1) żdiedu b’EUR 3.5 biljun għal EUR 1,092.1 biljun. L-obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita P5.1) naqsu b’EUR 13.4 biljun għal EUR 140.9 biljun.
Partiti marbuta mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita A5 nieqsa l-partiti P2.2, P2.3, P2.4, P2.5 u P4) naqas b’EUR 20.6 biljun għal EUR 189 biljun. Nhar l-Erbgħa 6 ta’ Lulju 2016 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament (il-partita A5.1) ta’ EUR 53.1 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 44.1 biljun b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall-faċilità tas-self marġinali (il-partita A5.5) kien ta’ EUR 0.3 biljun (imqabbel ma’ EUR 0.2 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) filwaqt li r-rikors għall-faċilità tad-depożitu (il-partita P2.2) kien ta’ EUR 342.1 biljun (imqabbel ma’ EUR 330.3 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel). L-investimenti tal-Eurosistema f’titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita A7.1) żdiedu bi EUR 18.1 biljun għal EUR 1,243.7 biljun. It-tabella ta’ hawn taħt tagħti l-analiżi dettaljata tal-partita A7.1 fil-portafolli differenti. Il-portafolli kollha jidħlu fil-kontijiet b’kost amortizzat.
Portafolli tat-titoli tal-politika monetarja | Valur rappurtat fit-8 ta’ Lulju 2016 | Differenza mqabbla mal-1 ta’ Lulju 2016 – xiri | Differenza mqabbla mal-1 ta’ Lulju 2016 – fidi |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 1 | EUR 17.5 biljun | - | -EUR 0.4 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 2 | EUR 7.6 biljun | - | -EUR 0.1 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti 3 | EUR 184.1 biljun | +EUR 0.7 biljun | -EUR 0.2 biljun |
Programm ta’ xiri ta’ titoli koperti b’assi | EUR 20.2 biljun | +EUR 0.3 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur korporattiv | EUR 8.5 biljun | +EUR 1.7 biljun | - |
Programm ta’ xiri mis-settur pubbliku | EUR 894.6 biljun | +EUR 16.1 biljun | - |
Programm tas-Swieq tat-Titoli | EUR 111.2 biljun | - | - |
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal-kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu mal-Eurosistema (il-partita P2.1) naqset bi EUR 4.5 biljun għal EUR 688.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 413,140 | 1 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 307,759 | −1,194 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,642 | 0 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
230,117 | −1,194 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 34,708 | 1,534 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 18,429 | 104 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 18,429 | 104 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 531,224 | −8,809 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 44,089 | −8,965 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 486,799 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 336 | 156 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 0 | 0 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 95,314 | −1,222 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,588,982 | 15,559 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 1,243,698 | 18,119 | |
7.2 | Titoli oħra | 345,284 | −2,559 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 26,477 | −57 | |
9 | Assi oħra | 221,887 | −615 | |
Assi Totali | 3,237,920 | 5,302 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 1,092,067 | 3,524 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 1,030,681 | 7,278 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 688,498 | −4,549 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 342,124 | 11,779 | |
2.3 | Depożiti fissi | 0 | 0 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 59 | 47 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,632 | −133 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 237,146 | −14,059 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 140,852 | −13,356 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 96,294 | −703 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 79,233 | 8,368 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 3,362 | 347 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 5,504 | 264 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 5,504 | 264 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 58,486 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 206,048 | −288 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 420,923 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 100,836 | 0 | |
Total tal-passiv | 3,237,920 | 5,302 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja