Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-6 ta’ Jannar 2012
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2012 it-tnaqqis ta’ EUR 2 miljun f’ deheb u ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) kien dovut għall-bejgħ ta’ muniti tad-deheb li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv nieqsa l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) naqset b’EUR 1.6 biljun għal EUR 271.7 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u l-operazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-valur | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont li mmatura | Ammont ġdid |
5 ta’ Jannar 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | - | USD 6.2 biljun |
5 ta’ Jannar 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 14-il jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 33 biljun | - |
5 ta’ Jannar 2012 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 84 jum għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 1.4 biljun | USD 25.5 biljun |
It-tranżazzjonijiet għall-provvediment ta’ likwidità tmexxew mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 344.1 biljun. Il- karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 4.9 biljun għal EUR 883.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu b’EUR 14-il biljun għal EUR 79.6 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) naqas b’EUR 77.6 biljun għal EUR 160.1 biljun. Nhar l-Erbgħa 4 ta’ Jannar 2012 immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 144.8 biljun u ġiet konkluża waħda ġdida ta’ EUR 130.6 biljun. Fl-istess jum immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 211-il biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 211.5 biljun.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.4 biljun (imqabbel ma’ EUR 14.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 463.6 biljun (imqabbel ma’ EUR 413.9 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema f’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 1 biljun għal EUR 274.8 biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għall-konklużjoni ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u skont it-tieni programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti, kif ukoll għal titoli mifdija skont l-ewwel programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk fil-ġimgħa li għalqet fis-6 ta’ Jannar 2012 il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli ammonta għal EUR 213.1 biljun, waqt li dak tal-portafolli miżmuma skont l-ewwel u t-tieni programmi ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammonta għal EUR 58.7 biljun u EUR 3.1 biljun rispettivament. It-tliet portafolli jidħlu kollha fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) naqset b’EUR 67.1 biljun għal EUR 156.5 biljun.
Affarijiet oħra
Fir-rigward tar-rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tat-30 ta’ Diċembru 2011, ta’ min jinnota li l- obbligazzjonijiet oħra (il-partita 10 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.1 biljun u l- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) żdiedu bl-istess ammont, minħabba t-trasferiment ta’ ammont pendenti lill-kontroparti rilevanti li għamel wieħed mill-banek ċentrali tal-Eurosistema.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 423,455 | −2 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 246,002 | 1,381 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 85,651 | −4 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
160,351 | 1,385 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 95,647 | −2,580 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 24,565 | −789 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 24,565 | −789 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 835,978 | −27,590 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 130,622 | −14,133 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 703,894 | 0 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,391 | −13,432 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 71 | −26 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 66,838 | −11,814 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 618,969 | 331 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 274,829 | 975 | |
7.2 | Titoli oħra | 344,140 | −644 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,926 | 0 | |
9 | Assi oħra | 342,491 | −6,694 | |
Assi Totali | 2,687,871 | −47,757 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 883,745 | −4,931 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 832,377 | −17,101 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 156,466 | −67,072 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 463,565 | 49,683 | |
2.3 | Depożiti fissi | 211,500 | 500 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 845 | −211 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 1,066 | −1,356 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 90,723 | 10,997 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 79,632 | 14,043 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 11,091 | −3,046 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 124,355 | −32,518 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 5,648 | 1,082 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 8,364 | −663 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 8,364 | −663 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 55,942 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 210,118 | −3,280 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 394,031 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,503 | 14 | |
Total tal-passiv | 2,687,871 | −47,757 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja