Rapport finanzjarju konsolidat tal-Eurosistema tas-16 ta’ Settembru 2011
Partiti mhux relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Settembru 2011 id-deheb u l-ammonti riċevibbli f’deheb (il-partita 1 tal-attiv) baqgħu kif kienu.
Il-pożizzjoni netta tal-Eurosistema f’munita barranija (il-partiti 2 u 3 tal-attiv minbarra l-partiti 7, 8 u 9 tal-passiv) żdiedet b’EUR 1 biljun għal EUR 177.9 biljun minħabba t-tranżazzjonijiet tal-klijenti u tal-portafoll u operazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani (ara hawn taħt).
Data tal-ftuħ | Tip ta’ tranżazzjoni | Ammont ġdid |
15 ta’ Settembru 2011 | Tranżazzjoni rriversjata ta’ 7 ijiem għall-provvediment ta’ likwidità f’dollari Amerikani | USD 0.6 biljun |
It-tranżazzjoni għall-provvediment ta’ likwidità tmexxiet mill-Eurosistema skont l-arranġament temporanju u reċiproku dwar il-muniti (linja swap) li l-Bank Ċentrali Ewropew għandu mal-Federal Reserve System.
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli negozjabbli barra dawk miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.2 tal-attiv) naqsu b’EUR 1.7 biljun għal EUR 335.1 biljun. Il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni (il-partita 1 tal-passiv) naqsu b’EUR 0.6 biljun għal EUR 852.7 biljun. L- obbligazzjonijiet mal-amministrazzjoni pubblika (il-partita 5.1 tal-passiv) naqsu b’EUR 5.4 biljun għal EUR 40.3 biljun.
Partiti relatati mal-operazzjonijiet tal-politika monetarja
Is-self nett tal-Eurosistema lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu (il-partita 5 tal-attiv nieqsa l-partiti 2.2, 2.3, 2.4, 2.5 u 4 tal-passiv) żdied bi EUR 78.5 biljun għal EUR 270 biljun. Nhar l-Erbgħa, 14 ta’ Settembru 2011, immaturat operazzjoni ewlenija ta’ rifinanzjament ta’ EUR 115.4 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 163.8 biljun. Fl-istess jum, immaturat operazzjoni ta’ rifinanzjament għal żmien itwal ta’ EUR 75.8 biljun u ġiet regolata waħda ġdida ta’ EUR 54.2 biljun. Nhar l-Erbgħa wkoll, immaturaw depożiti fissi bl-ammont ta’ EUR 129 biljun u nġabru depożiti ġodda bl-ammont ta’ EUR 143 biljun, b’maturità ta’ ġimgħa.
Ir-rikors għall- faċilità tas-self marġinali (il-partita 5.5 tal-attiv) kien ta’ EUR 1.2 biljun (imqabbel ma’ kważi xejn fil-ġimgħa ta’ qabel) waqt li r-rikors għall- faċilità tad-depożitu (il-partita 2.2 tal-passiv) kien ta’ EUR 111.5 biljun (imqabbel ma’ EUR 181.8 biljun fil-ġimgħa ta’ qabel).
L-investimenti tal-Eurosistema ta’ titoli miżmuma għall-għanijiet tal-politika monetarja (il-partita 7.1 tal-attiv) żdiedu b’EUR 9.6 biljun għal EUR 212-il biljun. Din iż-żieda kienet dovuta għar-riżultat nett tal-ħlas lura ta’ xiri skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u tat-titoli mifdija skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti. Għalhekk, fil-ġimgħa li għalqet fis-16 ta’ Settembru 2011, il-valur tax-xiri akkumulat skont il-Programm tas-Swieq tat-Titoli u dak tal-portafoll miżmum skont il-programm ta’ xiri ta’ bonds garantiti ammontaw għal EUR 152.7 biljun u EUR 59.4 biljun rispettivament. Dawn iż-żewg portafolli jidħlu fil-kontijiet bħala attiv li jinżamm sal-maturità.
Kontijiet kurrenti tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu taż-żona tal-euro
Wara t-tranżazzjonijiet kollha li saru, il-pożizzjoni tal- kontijiet kurrenti li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhom mal-Eurosistema (il-partita 2.1 tal-passiv) żdiedet b’EUR 102.3 biljun għal EUR 241.5 biljun.
Attiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Deheb u krediti f’deheb | 363,249 | 0 | |
2 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 213,907 | −428 | |
2.1 | Ammonti riċevibbli mill-FMI | 77,177 | 537 | |
2.2 | Bilanċi mal-banek u titoli ta’ investiment Self barrani u assi oħra barranin |
136,730 | −965 | |
3 | Drittijiet fuq residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 29,754 | 670 | |
4 | Drittijiet fuq persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 20,846 | 1,068 | |
4.1 | Bilanċi mal-banek, titoli ta’ investiment u self | 20,846 | 1,068 | |
4.2 | Talbiet li jirrżultaw mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
5 | Self lil istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro, relatat ma’ l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominat f’euro | 534,638 | 27,119 | |
5.1 | Operazzjonijiet ewlenin ta’ ri-finanzjament | 163,768 | 48,359 | |
5.2 | Operazzjonijiet ta’ ri-finanzjament għal żmien itwal | 369,636 | −22,419 | |
5.3 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
5.4 | Reverse operations ta’ tip strutturali | 0 | 0 | |
5.5 | Faċilità ta’ self marġinali | 1,215 | 1,196 | |
5.6 | Krediti relatati ma’ sejħiet għal ħlas jew ġbid marġinali | 19 | −17 | |
6 | Drittijiet oħra fuq istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 52,229 | 4,205 | |
7 | Titoli ta’ sigurtà ta’ residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 547,128 | 7,910 | |
7.1 | Titoli miżmuma għal għanijiet tal-politika monetarja | 212,022 | 9,598 | |
7.2 | Titoli oħra | 335,106 | −1,688 | |
8 | Dejn ġenerali ta’ l-amministrazzjoni pubblika denominat f’euro | 33,949 | 4 | |
9 | Assi oħra | 339,021 | 7,809 | |
Assi Totali | 2,134,721 | 48,356 |
Passiv (EUR miljuni) | Bilanċ | Differenza mqabbla mal-ġimgħa ta’ qabel imħabba t-transazzjonijiet | ||
---|---|---|---|---|
Hu possibbli li t-totali ma jikkorrispondux mas-somma tal-komponenti varji mħabba li s-somma ġiet miżjuda jew imnaqqsa sa l-eqreb numru sħiħ | ||||
1 | Karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni | 852,676 | −550 | |
2 | Obbligazzjonijiet lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro relatati ma l-operazzjonijiet tal-politika monetarja denominati f’euro | 506,203 | 50,923 | |
2.1 | Kontijiet kurrenti (li jkopru s-sistema ta’ riservi minimi) | 241,536 | 102,275 | |
2.2 | Faċilità ta’ depożitu | 111,514 | −70,273 | |
2.3 | Depożiti fissi | 143,000 | 14,000 | |
2.4 | Operazzjonijiet temporanji ta’ fine-tuning | 0 | 0 | |
2.5 | Depożiti relatati ma’ sejħiet għal-ħlas jew ġbid marġinali | 10,153 | 4,921 | |
3 | Obbligazzjonijiet oħra lejn istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 3,721 | 165 | |
4 | Ċertifikati ta’ dejn maħruġa | 0 | 0 | |
5 | Obbligazzjonijiet lejn residenti oħra fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 48,979 | −5,336 | |
5.1 | L-amministrazzjoni pubblika | 40,277 | −5,365 | |
5.2 | Obbligazzjonijiet oħra | 8,702 | 30 | |
6 | Obbligazzjonijiet lil persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 52,109 | 5,116 | |
7 | Obbligazzjonijiet lejn residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’munita barranija | 2,056 | −390 | |
8 | Obbligazzjonijiet lejn persuni mhux residenti fiż-żona ta’ l-euro denominati f’euro | 11,526 | −415 | |
8.1 | Depożiti, bilanċi u obbligazzjonijiet oħra | 11,526 | −415 | |
8.2 | Obbligazzjonijiet ġejjin mill-faċilità ta’ kreditu taħt l-ERM II | 0 | 0 | |
9 | Il-kontroparti ta’ drittijiet ta’ ġbid speċjali allokati mill-FMI | 52,170 | 0 | |
10 | Passiv ieħor | 207,142 | −1,156 | |
11 | Kont tar-rivalutazzjoni | 316,657 | 0 | |
12 | Kapitali u riżervi | 81,481 | 0 | |
Total tal-passiv | 2,134,721 | 48,356 |
Bank Ċentrali Ewropew
Direttorat Ġenerali Komunikazzjoni
- Sonnemannstrasse 20
- 60314 Frankfurt am Main, il-Ġermanja
- +49 69 1344 7455
- media@ecb.europa.eu
Ir-riproduzzjoni hija permessa sakemm jissemma s-sors.
Kuntatti għall-midja